<Date>{15/05/2019}15.5.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0266/2019</NoDocSe>
PDF 136kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-inklużjoni tal-għarfien espert tal-laboratorji dwar il-katidrali fi ħdan il-patrimonju kulturali intanġibbli tal-UNESCO</Titre>


<Depute>Dominique Bilde</Depute>


B8‑0266/2019

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-inklużjoni tal-għarfien espert tal-laboratorji dwar il-katidrali fi ħdan il-patrimonju kulturali intanġibbli tal-UNESCO

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra l-konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) tas-17 ta' Ottubru 2003,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2269 (2019) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Fondation de l'Œuvre de Notre-Dame de Strasbourg ("il-Fondazzjoni"), stabbilita fl-1246, hija l-uniku laboratorju Ewropew ta' dan it-tip, b'xogħol li huwa manwali biss, u li fis-27 ta' Ġunju 2017 ġiet inkluża fl-inventarju tal-patrimonju kulturali intanġibbli ta' Franza;

B. billi, f'Marzu 2019, il-Fondazzjoni u l-laboratorji fl-Awstrija, fin-Norveġja, fl-Iżvizzera u fil-Ġermanja pproponew li "l-metodu ta' organizzazzjoni tal-laboratorji dwar il-katidrali u l-knejjes il-kbar" jiġi inkluż fir-Reġistru ta' Prattiki Tajba għas-Salvagwardja tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-UNESCO;

1. Jinnota li l-emozzjonijiet li tqanqlu min-nirien li ħakmu l-katidral ta' Notre-Dame ta' Pariġi fakkru l-valur storiku, arkitettoniku u spiritwali tal-patrimonju reliġjuż u l-importanza li dan jiġi mħares;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja din l-inklużjoni u tħeġġeġ l-għoti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew lil dan l-għarfien espert.

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Ġunju 2019Avviż legali