Proċedura : 2019/2689(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0001/2019

Testi mressqa :

B9-0001/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/07/2019 - 13.1
CRE 03/07/2019 - 13.1

Testi adottati :

P9_TA(2019)0001

<Date>{01/07/2019}1.7.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0001/2019</NoDocSe>
PDF 137kWORD 49k

<TitreType>PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 206 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti</Titre>

<DocRef>(2019/2689(RSO))</DocRef>


<Commission>Konferenza tal-Presidenti</Commission>


B9‑0001/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti

(2019/2689(RSO))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 206 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1. Jiddeċiedi li l-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti u tas-sottokumitati għandha tkun kif ġej:

 I. il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 71 membru,

 II. il-Kumitat għall-Iżvilupp: 26 membru,

 III. il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 41 membru,

 IV. il-Kumitat għall-Baġits: 41 membru,

 V. il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 30 membru,

 VI. il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 60 membru,

 VII. il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 55 membru,

 VIII. il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 76 membru,

 IX. il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 72 membru,

 X. il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 45 membru,

 XI. il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 49 membru,

 XII. il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 43 membru,

 XIII. il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 48 membru,

 XIV. il-Kumitat għas-Sajd: 28 membru,

 XV. il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru,

 XVI. il-Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru,

 XVII.  il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 68 membru,

 XVIII. il-Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 28 membru,

 XIX.  il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru,

 XX.  il-Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru,

 is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem: 30 membru,

 is-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża: 30 membru.

2. Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-30 ta' Ġunju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tal-kumitati, li l-bureaux tal-kumitati jista' jkollhom sa erba' viċi presidenti;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

[1] ĠU C 482, 23.12.2016, p. 160.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Lulju 2019Avviż legali