Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B9-0002/2019Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B9-0002/2019

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar it-twaqqif ta' Jum Ewropew tal-Aderenza għat-Terapija

15.2.2019

imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura

Aldo Patriciello, Salvatore Cicu, Raffaele Fitto, Stefano Maullu, Fulvio Martusciello, Elisabetta Gardini, Nicola Caputo, Fabio Massimo Castaldo, Giovanni La Via, Francis Zammit Dimech, Lorenzo Cesa, Antonio Panzeri, David‑Maria Sassoli, Mercedes Bresso, Luigi Morgano, Theresa Griffin, Alessandra Mussolini, José Inácio Faria, Elena Gentile, Patrizia Toia, Pina Picierno, Remo Sernagiotto, Georgios Epitideios, Lara Comi, Pavel Svoboda, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Alberto Cirio, Massimiliano Salini, Innocenzo Leontini, Oscar Lancini, Romana Tomc, Rolandas Paksas, Adina‑Ioana Vălean, Brando Benifei, Daniele Viotti, Anna Záborská

B9‑0002/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta' Jum Ewropew tal-Aderenza għat-Terapija

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 9 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO "Adherence to Long-term Therapies: evidence for action"[1] ("L-Aderenza għat-Terapiji fit-Tul: il-ħtieġa għal azzjoni"),

 wara li kkunsidra l-Karta Ewropea dwar l-Aderenza għat-Terapija[2],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi t-tendenzi demografiċi reċenti ħolqu sfida għas-sistemi tas-saħħa, bi proporzjon dejjem akbar ta' ċittadini anzjani li jkollhom isegwu kura għal komorbidità u mard kroniku[3];

B. billi l-livell baxx ta' aderenza għat-terapija, minbarra li għandu impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti, peress li jżid ir-riskju ta' reazzjonijiet avversi u rikoveri, għandu wkoll konsegwenzi ekonomiċi importanti u, fil-fatt, illum huwa wieħed mill-kawżi ewlenin ta' spejjeż żejda għall-kura tas-saħħa[4];

1. Jitlob li jitwaqqaf "Jum tal-Aderenza għat-Terapija", bl-iskop li n-nies isiru aktar konxji bl-impatt negattiv ta' livell baxx ta' aderenza u dwar il-benefiċċji li jirriżultaw minn livell ogħla ta' aderenza għat-terapija, bħala element ċentrali ta' assistenza fil-kura tas-saħħa li tkun ta' kwalità u personalizzata.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Lulju 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza