<Date>{26/06/2019}26.6.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0004/2019</NoDocSe>
PDF 133kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-użu ta' fistla fuq il-baqar għal skopijiet ta' riċerka xjentifika</Titre>


<Depute>Dominique Bilde</Depute>


B9‑0004/2019

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu ta' fistla fuq il-baqar għal skopijiet ta' riċerka xjentifika

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/63/UE tat-22 ta' Settembru 2010,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 143 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fid-19 ta' Ġunju 2019, l-assoċjazzjoni L214 xandret filmat li nġibed f'ċentru Franċiż għar-riċerka ta' Sanders, sussidjarja tal-grupp Avril, li juri bosta baqar li fuqhom intużat fistla, u li skont komunikat tal-grupp Avril tal-20 ta' Ġunju 2019, dan sar bil-għan li tiġi "studjata d-diġestjoni tal-proteini veġetali" (minn hawn 'il quddiem "il-proċedura");

B. billi, skont dan il-komunikat, il-proċedura, li tintuża "mad-dinja kollha" u "esklussivament għal finijiet ta' riċerka" u li kienet "awtorizzata mill-Ministeru għar-Riċerka [ta' Franza]", hija suġġetta għad-Direttiva 2010/63/UE u għalhekk għall-Prinċipju tat-"3R" — rimpjazzament, riduzzjoni u rfinar;

1. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddetermina l-konformità tal-proċedura mad-Direttiva 2010/63/UE u tappoġġja t-tfittxija urġenti għal soluzzjonijiet alternattivi għall-proċedura bil-għan tal-projbizzjoni tagħha;

2. Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-monitoraġġ tal-proċedura u jillimitaw b'mod strett l-awtorizzazzjoni eventwali tagħha.

 

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2019Avviż legali