Proċedura : 2019/2719(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0005/2019

Testi mressqa :

B9-0005/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/07/2019 - 9.1
CRE 17/07/2019 - 9.1

Testi adottati :

P9_TA(2019)0003

<Date>{11/07/2019}11.7.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0005/2019</NoDocSe>
PDF 142kWORD 51k

<TitreType>PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 223 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari</Titre>

<DocRef>(2019/2719(RSO))</DocRef>


<Commission>Konferenza tal-Presidenti</Commission>


B9‑0005/2019

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari

(2019/2719(RSO))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' April 2019 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għal assemblej parlamentari multilaterali[1],

 wara li kkunsidra l-Artikoli 223 u 224 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1. Jiddeċiedi li jistabbilixxi kif ġej il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:

(a) L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija,

 Delegazzjonijiet għal:

 il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Maċedonja ta' Fuq: 13-il Membru,

 il-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija: 25 Membru,

 Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): 17-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja: 15-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: 14-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro: 14-il Membru,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-Kosovo:
13-il Membru

(b) Ir-Russja u l-Istati tas-Sħubija tal-Lvant,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja:
31 Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna:
16-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova:
14-il Membru,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarussja: 12-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Sħubija UE-Armenja, għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ażerbajġan u għall-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Georgia: 18-il Membru

(c) Il-Magreb, il-Maxreq, Iżrael u l-Palestina,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

 Iżrael: 18-il Membru,

 il-Palestina: 18-il Membru,

 il-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-Kumitati Parlamentari Konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija: 18-il Membru,

 il-pajjiżi tal-Maxreq: 18-il Membru

(d) Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

 il-Peniżola Għarbija: 15-il Membru,

 l-Iraq: 7 Membri,

 l-Iran: 11-il Membru

(e) Il-Kontinent Amerikan,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

 l-Istati Uniti: 63 Membru,

 il-Kanada: 16-il Membru,

 ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil: 14-il Membru,

 il-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali: 15-il Membru,

 il-pajjiżi tal-Komunità Andina: 12-il Membru,

 il-Mercosur: 19-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku: 14-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì: 15-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE: 15-il Membru

(f) L-Asja/il-Paċifiku,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

 il-Ġappun: 24 Membru,

 ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: 37 Membru,

 l-Indja: 23 Membru,

 l-Afganistan: 7 Membri,

 il-pajjiżi tal-Asja t'Isfel: 15-il Membru,

 il-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): 26 Membru,

 il-Peniżola Koreana: 12-il Membru,

 l-Awstralja u New Zealand: 12-il Membru,

 Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja: 19-il Membru

(g) L-Afrika,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma':

 l-Afrika t'Isfel: 15-il Membru,

 il-Parlament Pan-Afrikan: 12-il Membru,

(h) l-Assemblej Multilaterali,

 Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: 78 Membru,

 Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: 49 Membru,

 Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: 75 Membru,

 Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: 60 Membru,

 Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO: 10 Membri

2. Jiddeċiedi, b'referenza għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta' Lulju 2019 dwar il-kompożizzjoni tal-bureaux tad-delegazzjonijiet, li dawn tal-aħħar jista' jkollhom sa żewġ viċi presidenti;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2019)0408.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2019Avviż legali