Proċedura : 2019/2730(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0011/2019

Testi mressqa :

B9-0011/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/07/2019 - 7.4
CRE 18/07/2019 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{15/07/2019}15.7.2019</Date>
<NoDocSe>B9-0011/2019</NoDocSe>
PDF 148kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</Titre>

<DocRef>(2019/2730(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Manu Pineda Marín, Mick Wallace, Younous Omarjee, Clare Daly, Manuel Bompard, Giorgos Georgiou, Niyazi Kizilyürek, Leila Chaibi, Özlem Demirel, Sandra Pereira, Manon Aubry, Sira Rego</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

</RepeatBlock-By>


B9-0011/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2019/2730(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 1(2) tal-Kapitolu 1 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1945, li jelenka bħala wieħed mill-iskopijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dak "li jkunu żviluppati relazzjonijiet ta' ħbiberija fost in-nazzjonijiet ibbażati fuq ir-rispett għall-prinċipju tad-drittijiet ugwali u l-awtodeterminazzjoni tal-popli, u jittieħdu miżuri xierqa oħra biex tissaħħaħ il-paċi universali",

 wara li kkunsidra l-prinċipju ta' nonintervent stabbilit fil-Karta tan-NU,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li t-tnejn li huma jiddikjaraw li "l-popli kollha għandhom id-dritt ta' awtodeterminazzjoni" u li "bis-saħħa ta' dak id-dritt jiddeterminaw liberament l-istatus politiku tagħhom u jaħdmu liberament għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tagħhom",

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tan-NU, li tinkludi l-impenn tal-istati membri tan-NU li jonoraw l-ugwaljanza sovrana tal-istati kollha u li jirrispettaw l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tagħhom,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela (A/HRC/41/18),

 wara li kkunsidra l-fatt li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU adotta riżoluzzjoni fl-14 ta' Lulju 2019 ippreżentata mir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela matul il-presidenza tal-Moviment tal-Pajjiżi Mhux Allinjati (NAM) favur it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem bil-għan li jiġu miġġielda l-konsegwenzi negattivi tal-miżuri koerċittivi unilaterali, li huma fil-fatt sanzjonijiet,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Venezwela ffaċċjat diversi tentattivi ta' kolp ta' stat, u Juan Guaidó ddikjara lilu nnifsu President interim tal-pajjiż; billi dan l-att ma għandu l-ebda bażi kostituzzjonali jew ġuridika peress li l-artikoli kostituzzjonali invokati ma ġewx issodisfati;

B. billi l-Istati Uniti, uħud mill-Istati Membri tal-UE u l-Grupp ta' Lima unilateralment irrikonoxxew lil Juan Guaidó bħala President interim bi ksur tad-dritt internazzjonali; billi l-interferenza esterna, inkluż b'mod partikolari l-intervent ta' theddid tal-Istati Uniti, aggravat is-sitwazzjoni;

C. billi l-UE għamlet diversi dikjarazzjonijiet bl-intenzjoni li tinterferixxi u tikkundizzjona s-sitwazzjoni interna fil-Venezwela; billi l-interferenza esterna, id-destabilizzazzjoni, il-kampanji ta' misinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-opinjoni pubblika u l-vjolenza promossi minn xi setturi tal-oppożizzjoni kontra s-sovranità, l-indipendenza, il-paċi u l-istabbiltà demokratika tal-pajjiż u kontra l-poplu Venezwelan ġew denunzjati f'għadd ta' okkażjonijiet;

D. billi s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-Venezwela iddeterjorat enormement b'konsegwenza tas-sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji dejjem akbar mill-Istati Uniti u mill-UE, liema sanzjonijiet wasslu għal iperinflazzjoni, nuqqasijiet fil-provvista, faqar dejjem akbar u għal skarsezza ta' mediċini u ta' tagħmir mediku;

E. billi miżuri koerċittivi unilaterali jmorru kontra d-dritt internazzjonali stabbilit; billi n-NU, u b'mod partikolari r-Rapporteur Speċjali tagħha dwar l-impatt negattiv tal-miżuri koerċittivi unilaterali fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, enfasizzat dan ripetutament; billi s-sanzjonijiet jikkawżaw tfixkil għal kull stat u meta dawn jagħmlu ħsara lill-ekonomija jista' jkollhom impatt devastanti fuq iċ-ċittadini tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

F. billi d-djalogu huwa l-bażi għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u tas-sitwazzjonijiet interni fil-pajjiżi kollha; billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jinkoraġġixxu djalogu kostruttiv mal-Gvern tal-Venezwela sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi konkreti li bħalissa jeżistu fil-Venezwela; billi l-Gvern tal-Venezwela u l-oppożizzjoni riċentement qablu li jimpenjaw ruħhom fi djalogu ta' paċi permanenti b'riżultat tat-taħditiet fil-Barbados iffaċilitati min-Norveġja;

1. Jikkundanna bil-qawwa t-tentattivi ta' kolpi ta' stat fil-Venezwela, l-awtoproklamazzjoni illegali ta' Juan Guaidó bħala President interim tal-pajjiż u r-rikonoxximent ta' Juan Guaidó mill-Istati Uniti, minn għadd ta' Stati Membri tal-UE u mill-hekk imsejjaħ Grupp ta' Lima bi ksur tad-dritt internazzjonali; jenfasizza li r-rikonoxximent internazzjonali ta' kwalunkwe gvern ġdid fondat fuq il-bażi ta' awtoproklamazzjoni u kolp ta' stat jimmina serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt u joħloq ir-riskju ta' destabilizzazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni politika fil-Venezwela u fir-reġjun; huwa tal-fehma li l-istabbiltà politika u soċjali tal-Venezwela hija fattur deċiżiv għas-salvagwardja tal-paċi fir-reġjun kollu;

2. Jiddispjaċih b'mod profond li l-Kunsill Ewropew u l-Istati Membri naqsu milli jikkundannaw it-tentattiv ta' kolp ta' stat; jiċħad ir-rikonoxximent ta' Guaidó bħala President interim tal-Venezwela;

3. Jappella bil-qawwa lill-Istati Uniti u lill-Istati Membri tal-UE biex jonoraw l-impenn tagħhom għar-rispett tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' nonintervent fl-affarijiet interni ta' stati oħra u l-obbligu li joqgħodu lura milli jużaw il-forza jew jheddu li jużawha;

4. Jappoġġa l-isforzi tal-forzi demokratiċi, tal-gvern, tal-oppożizzjoni u tal-poplu tal-Venezwela biex isibu għalihom infushom it-tweġibiet għall-isfidi politiċi u ekonomiċi tagħhom u jippromwovu t-tisħiħ tad-djalogu nazzjonali fil-Venezwela, bil-ħsieb li jitjiebu l-kondizzjonijiet tal-għajxien u tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Venezwela;

5. Jenfasizza li s-sanzjonijiet imposti fuq il-Venezwela kkawżaw, u qed ikomplu jikkawżaw dejjem aktar, ħsara gravi ħafna lill-ħajja u lis-saħħa tal-bnedmin, inkluż għadd ta' mwiet stmat għal aktar minn 40 000 bejn l-2017 u l-2018; huwa tal-fehma li dawn is-sanzjonijiet jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' kastig kollettiv tal-popolazzjoni ċivili kif deskritt kemm fil-konvenzjoni internazzjonali ta' Ġinevra kif ukoll dik ta' The Hague, li jagħmluhom illegali taħt id-dritt u t-trattati internazzjonali; jappella b'mod urġenti għat-tneħħija tas-sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji kollha kontra l-Venezwela, li kkontribwew bil-qawwa għad-deterjorazzjoni tal-ekonomija tal-pajjiż u tas-sitwazzjoni soċjali taċ-ċittadini tiegħu;

6. Jirrikonoxxi l-kriżi soċjali u ekonomika li l-Venezwela qed tiffaċċja u jenfasizza l-importanza tal-istabbiltà ekonomika għall-irkupru tagħha; jiddenunzja l-istrumentalizzazzjoni ta' din il-kriżi minn dawk li jfittxu li jkattru l-interferenza esterna u li jippromwovu kampanja għal intervent fil-pajjiż; ifakkar li l-attivitajiet u l-assistenza internazzjonali għandhom isiru biss bl-approvazzjoni tal-Gvern tal-Venezwela, kif previst fir-riżoluzzjoni 46/182 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta' Diċembru 1991;

7. Ifakkar li t-triq tal-iżvilupp soċjali ta' kull pajjiż trid tiġi deċiża mill-poplu tiegħu biss;

8. Jirrifjuta kwalunkwe azzjoni internazzjonali li tikser l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-NU, li tinkludi rispett bla restrizzjoni ta' nonintervent fi kwistjonijiet li huma essenzjalment fi ħdan il-ġurisdizzjoni domestika tal-istati, f'kull pajjiż u f'kull kontinent jew reġjun tad-dinja, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li dawn il-prinċipji huma wkoll minquxa fit-Trattati tal-UE;

9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern tal-Venezwela u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Lulju 2019Avviż legali