Proċedura : 2019/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0041/2019

Testi mressqa :

B9-0041/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/09/2019 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0020

<Date>{16/09/2019}16.9.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0041/2019</NoDocSe>
PDF 141kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B‑90051/2019</TitreSuite>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali</Titre>

<DocRef>(2019/2800(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Martin Häusling</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Dino Giarrusso</Depute>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B9-0040/2019

B9‑0041/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi

(2019/2800(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti[2],

 wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ċerti artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (2016/C 411/03),

 wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi[3], b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, li jiddikjara li l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' privattiva,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) tal-5 ta' Ottubru 1973, b'mod partikolari l-Artikolu 53(b) tagħha,

 wara kkunsidra d-deċiżjoni T1063/18 tal-Bord Tekniku tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) fil-Każ G3/19 dwar il-privattiva ta' pjanti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi,

 wara li kkunsidra l-privattivi mogħtija mill-UEP għall-produzzjoni ta' annimali mnissla b'mod konvenzjonali, bħall-għażla tas-sess u materjal użat għat-tnissil konvenzjonali (EP 1263521, EP 1257168), l-għażla tal-baqar għall-ħalib (EP 1330552) u l-produzzjoni tal-bhejjem (EP 1506316),

 wara li kkunsidra r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħhom, li jiddikjara li għal applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej u privattivi li jikkonċernaw invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, id-Direttiva 98/44/KE għandha tintuża bħala mezz ta' interpretazzjoni supplementari,

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-UEP tad-29 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (CA/D 6/17),

 wara li kkunsidra r-rinviju tal-4 ta' April 2019 fuq punt ta' liġi lill-Bord tal-Appell Estiż mill-President tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, b'mod konformi mal-Artikolu 112(1)(b) tal-KEP,

 wara li kkunsidra l-mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar il-privattiva tal-pjanti u l-proċessi bijoloġiċi essenzjali (O-000026/2019 – B9/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-aċċess għal materjal ta' tnissil bijoloġiku tal-pjanti u tal-annimali huwa assolutament neċessarju biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u biex jiġu żviluppati varjetajiet u razez ġodda ħalli tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel fil-livell globali u jiġu evitati monopolji fis-setturi tat-tnissil tal-annimali u l-pjanti, filwaqt li fl-istess ħin l-SMEs u l-bdiewa jingħataw aktar opportunitajiet;

B. billi t-tnissil tal-pjanti f'kundizzjonijiet lokali jew ultra lokali huwa partikolarment neċessarju inkwantu strument biex jiġu ffaċċjati l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq it-temp u l-igrometrija, flimkien mal-feġġa ta' parassiti ġodda u epidemiji ta' mard ġdid tal-pjanti; billi dan jeħtieġ aċċess miftuħ għall-materjal tat-tnissil għall-bdiewa u min inissel iż-żrieragħ;

C. billi t-tnissil tal-pjanti u tal-annimali huwa proċess innovattiv li ilu jintuża – u għadu jintuża – mill-bdiewa u l-komunitajiet tal-biedja sa mill-ħolqien tal-agrikoltura, u billi l-varjetajiet u l-metodi ta' tnissil mingħajr privattiva huma importanti għad-diversità ġenetika;

D. billi privattivi jistgħu jingħataw fil-qasam tal-inġinerija ġenetika, iżda l-projbizzjoni fuq il-privattivi għall-varjetajiet tal-pjanti u l-annimali trid tinżamm;

E. billi l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, bħal pjanti, żrieragħ, karatteristiċi awtoktoni u ġeni, għandhom jiġu esklużi mill-għoti ta' privattivi;

F. billi d-Direttiva 98/44/KE tirregola l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, b'mod partikolari l-inġinerija ġenetika, iżda ma kinitx l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jippermetti li prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi jingħataw privattivi fl-ambitu ta' applikazzjoni tad-Direttiva;

G. billi attwalment l-UEP qiegħed fil-fażi li jiddeċiedi dwar diversi applikazzjonijiet li jikkonċernaw prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi; billi l-UEP għalhekk jeħtieġ li b'mod urġenti jikkjarifika r-regoli tiegħu dwar il-kwistjoni;

1. Jesprimi t-tħassib tiegħu li d-deċiżjoni reċenti tal-Bord Tekniku tal-Appell tal-UEP dwar il-Każ G2/19 tista' twassal biex jingħataw aktar privattivi mill-UEP li jkunu jikkonċernaw karatteristiċi naturali introdotti f'varjetajiet ġodda permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi bħall-inkroċjar u l-għażla;

2. Iqis li deċiżjonijiet meħuda minn korp tekniku tal-UEP m'għandhomx ikunu jistghu jipprevalu fuq il-Kunsill Amministrattiv, li huwa l-uniku korp li ngħata setgħat leġiżlattivi mill-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi, bis-sostenn tat-38 Stat Kontraent;

3. Iqis li r-regoli interni dwar it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UEP ma jistgħux jimminaw il-kontroll politiku leġittimu demokratikament fondat tad-dritt Ewropew dwar il-privattivi u l-interpretazzjoni tiegħu u l-intenzjoni tal-leġiżlatur kif ikkjarifikata mill-Avviż tal-Kummissjoni 2016/C 411/03;

4. Jappella lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP biex jirrispondi b'mod pożittiv għaż-żewġ mistoqsijijet imniżżla fir-rinviju fuq punt ta' liġi mill-President tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi;

5. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-Unjoni tissalvagwardja l-aċċess garantit għal, u l-użu ta', materjal miksub minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi għat-tnissil tal-pjanti u tal-annimali sabiex – fejn applikabbli – ma jkunx hemm interferenzi mal-prattiki li jiggarantixxu eżenzjoni għal min inissel u d-drittijiet tal-bdiewa;

6. Jistieden lill-Kummissjoni tibgħat osservaturi fil-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP fir-rigward tal-Każ G3/19 dwar il-privattiva ta' pjanti miksuba esklużivament permezz ta' proċess essenzjalment bijoloġiku, insegwitu tal-konklużjoni tal-Avviz 2016/C 411/03;

7. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur l-esklużjoni mill-għoti ta' privattivi ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi fil-kuntest ta' diskussjonijiet dwar l-armonizzazzjoni tal-liġi multilaterali tal-privattivi;

8. Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-iżvilupp u l-implikazzjonijiet tal-liġi tal-privattivi fil-qasam tal-bijoteknoloġija u l-inġinerija ġenetika, kif meħtieġ skont l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 98/44/KE u kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali;

9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.

 

[1] ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 31.

[2] ĠU C 399, 24.11.2017, p. 188.

[3] ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Settembru 2019Avviż legali