Proċedura : 2019/2755(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0130/2019

Testi mressqa :

B9-0130/2019

Dibattiti :

PV 23/10/2019 - 18
CRE 23/10/2019 - 18

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2019 - 8.9
CRE 24/10/2019 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{21/10/2019}21.10.2019</Date>
<NoDocSe>B9-0130/2019</NoDocSe>
PDF 148kWORD 46k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali B9-0052/2019 u B9-0053/2019</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar it-tiftix u s-salvataġġ fil-Mediterran</Titre>

<DocRef>(2019/2755(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Nicola Procaccini</Depute>

<Commission><OptDel>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</OptDel></Commission>

</RepeatBlock-By>


B9-0130/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tiftix u s-salvataġġ fil-Mediterran

(2019/2755(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS),–

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ Marittimi (minn hawn 'il quddiem "il-Konvenzjoni SAR"),

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza mhux awtorizzati[1],

 wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta' dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati[2] (Direttiva dwar l-Iffaċilitar),

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-migrazzjoni tat-28 ta' Ġunju 2018,

 wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill dwar it-tiftix u s-salvataġġ fil-Mediterran (O-000024/2019 – B9-0052/2019 u O-000025 – B9-0053/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, skont iċ-ċifri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), l-għadd ta' mwiet fil-Mediterran naqas matul l-aħħar sena (1 041 matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-2 ta' Ottubru 2019, meta mqabbla ma' 1 890 matul l-istess perjodu fl-2018);

B. billi l-Artikolu 19(2)(g) tal-UNCLOS jipprevedi li l-passaġġ ta' vapur barrani għandu jitqies li jippreġudika l-paċi, il-bon ordni jew is-sigurtà tal-Istat kostali jekk fil-baħar territorjali dan jinvolvi ruħu fit-tagħbija jew il-ħatt ta' kwalunkwe komodità, munita jew persuna kontrarjament għall-liġijiet u r-regolamenti doganali, fiskali, tal-immigrazzjoni jew sanitarji tal-Istat kostali;

C. billi l-Kapitolu I(3)(13) tal-Anness għall-Konvenzjoni SAR jipprevedi li "fażi ta' diffikultà" hija sitwazzjoni fejn ikun hemm ċertezza raġonevoli li persuna, bastiment jew inġenju ieħor ikunu mhedda minn periklu serju u imminenti u jeħtieġu assistenza immedjata;

D. billi l-Kapitolu II(3)(2) tal-Anness għall-Konvenzjoni SAR ifakkar li ċ-ċentri ta' koordinazzjoni ta' salvataġġ u s-sottoċentri ta' salvataġġ huma l-uniċi entitajiet intitolati li jagħmlu arranġamenti biex jirċievu allerti ta' emerġenza li joriġinaw minn reġjun partikolari ta' tiftix u salvataġġ;

E. billi l-bastimenti kollha li joperaw fil-Mediterran għandhom l-obbligu li jirrispettaw il-konvenzjonijiet internazzjonali u l-liġijiet nazzjonali rilevanti;

F. billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), mis-27 ta' Settembru 2019 il-Gwardja tal-Kosta Libjana (LCG) kienet salvat jew interċettat 6 889 persuna fil-baħar, u wasslithom lura lejn il-Libja; billi l-UNHCR ipprovda assistenza medika u provvisti bażiċi ta' sokkors lill-persuni li ġew żbarkati;

G. billi fil-perjodu sat-30 ta' Settembru 2019, 7 759 migrant irċevew assistenza għal ritorn umanitarju volontarju mill-IOM biex jirritornaw mil-Libja għal 33 pajjiż ta' oriġini, u 7 077 minn dawn il-migranti ġew megħjuna b'appoġġ mill-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika;

H. billi fis-26 ta' Settembru 2019, l-UNHCR evakwa 66 rifuġjat u persuni jfittxu asil fi stat vulnerabbli mil-Libja għall-Mekkaniżmu ta' Transitu ta' Emerġenza li għadu kemm ġie stabbilit f'Kigali, ir-Rwanda;

I. billi, skont data mill-Ministeru tal-Intern Taljan, mid-29 ta' Settembru 2019, it-Tuneżija hija l-pajjiż tat-tluq ewlieni lejn l-Italja;

J. billi d-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Intenzjoni dwar proċedura ta' emerġenza kkontrollata ffirmata f'Malta fit-23 ta' Settembru 2019 hija impenn vag għal mekkaniżmu ta' solidarjetà temporanju aktar prevedibbli u effiċjenti biex jiġi żgurat l-iżbark ta' migranti li jittieħdu abbord fl-ibħra miftuħa minn bastimenti; billi din hija attwalment appoġġjata minn numru limitat ħafna ta' Stati Membri;

K. billi d-Deċiżjoni Qafas 2002/946/ĠAI dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedut it-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza mhux awtorizzati tistabbilixxi regoli minimi rigward pieni kriminali għall-faċilitazzjoni tad-dħul illegali kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE anke jekk dan ma jkunx sar għal qligħ finanzjarju, u testendi r-regoli għat-transitu illegali, għall-instigaturi u l-kompliċi;

L. billi, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE, il-faċilitatur huwa kull persuna li intenzjonalment tassisti persuna li mhix ċittadin ta' Stat Membru biex tidħol, jew taqsam fi transitu, it-territorju ta' Stat Membru bi ksur tal-liġijiet dwar id-dħul jew it-transitu ta' aljeni tal-Istat ikkonċernat; billi skont il-liġi tal-UE l-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali mhijiex neċessarjament marbuta mal-qligħ finanzjarju;

M. billi l-mudelli ta' negozju tal-kuntrabandisti jabbużaw mir-regoli ta' tiftix u salvataġġ (SAR) stabbiliti fid-dritt internazzjonali u, bil-għan li jwettqu attivitajiet kriminali, jieħdu vantaġġ mill-preżenza fil-Baħar Mediterran ta' bastimenti privati li huma proprjetà ta' NGOs; billi l-kuntrabandisti jirreaġixxu b'ħeffa għal kwalunkwe żvilupp ta' kontinġenzi politiċi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali;

N. billi sabiex jitfarrak definittivament il-mudell ta' negozju tal-kuntrabandisti, biex b'hekk jiġi evitat it-telf traġiku tal-ħajja, u biex jiġi eliminat l-inċentiv ta' vjaġġi perikolużi, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jesploraw malajr il-kunċett tal-pjattaformi ta' żbark reġjonali, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi terzi rilevanti, kif ukoll il-UNHCR u l-IOM, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018;

O. billi l-iżvilupp ta' approċċ permanenti għall-SAR u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' distribuzzjoni permanenti ta' dawk li jkunu ġew salvati fil-baħar jirrappreżentaw fatturi ta' attrazzjoni prinċipali mhux intenzjonati, li jħeġġu aktar migranti jippruvaw jaqsmu l-baħar perikoluż u b'hekk dan iwassal għal aktar imwiet traġiċi u bla bżonn;

P. billi l-iskemi ta' risistemazzjoni nazzjonali u volontarji jirrappreżentaw alternattiva reali għal passaġġi ta' migrazzjoni mhux sikuri għal dawk li huma fil-bżonn reali ta' protezzjoni internazzjonali;

Q. billi approċċ fit-tul għall-iżvilupp Afrikan, li jindirizza l-kawżi fil-fond tal-migrazzjoni illegali, inaqqas it-tluq tal-migranti għal raġunijiet ekonomiċi u klimatiċi;

1. Ifakkar fl-obbligu skont id-dritt internazzjonali tal-baħar li jiġu megħjuna persuni f'sitwazzjoni ta' diffikultà; jistieden lill-bastimenti pubbliċi u privati kollha li jwettqu operazzjonijiet tal-SAR jikkonformaw mal-istruzzjonijiet mogħtija miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tas-Salvataġġ kompetenti u jikkooperaw kemm mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll mal-Frontex sabiex jiżguraw li kemm il-ħajja tal-migranti kif ukoll is-sigurtà tal-Istati Membri jkunu protetti kif xieraq;

2. Jistieden lill-atturi kollha fil-Baħar Mediterran involuti fl-operazzjonijiet tal-SAR biex jittrażmettu informazzjoni relatata ma' persuni f'sitwazzjoni ta' emerġenza fil-baħar lill-awtoritajiet kompetenti għall-SAR;

3. Ifakkar li L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati definiti fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2002/90/KE ikunu punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi, li jistgħu jinvolvu l-estradizzjoni.

4. Ifakkar li skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali, l-Istati Membri huma intitolati jivvalutaw każ b'każ jekk l-operazzjoni tal-SAR imwettqa minn bastimenti privati hijiex purament assistenza umanitarja;

5. Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu r-reġistrazzjoni tal-bastimenti tal-NGOs kemm jista' jkun trasparenti, sabiex jiggarantixxu informazzjoni ċara dwar l-oriġini tal-finanzjament tagħhom;

6. Ifakkar li l-Istati Membri huma intitolati bis-sħiħ li jimplimentaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom meta jivvalutaw jekk jawtorizzawx id-dħul ta' bastimenti tal-NGOs fil-portijiet tagħhom;

7. Ifakkar li l-organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fuq il-post qed jaħdmu b'mod proattiv sabiex jevakwaw malajr persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni fil-Libja, u li bħalissa qed jitwettqu proġetti pilota mill-istess organizzazzjonijiet bil-għan li dawk li ma għandhomx bżonn ta' protezzjoni internazzjonali jintbagħtu lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

8. Jinnota li l-migranti evakwati miċ-ċentri ta' detenzjoni fil-Libja jistgħu jew jiksbu protezzjoni f'pajjiżi terzi li mhumiex Stati Membri jew jintbagħtu b'mod sikur lejn dawn il-pajjiżi;

9. Jinnota li l-uniku mod kif jitnaqqsu l-imwiet fil-baħar huwa billi vjaġġi ġodda perikolużi jitwaqqfu;

10. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jesploraw malajr il-kunċett ta' pjattaformi ta' żbark reġjonali, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' pajjiżi terzi rilevanti, kif ukoll il-UNHCR u l-IOM, sabiex jitfarrak b'mod definittiv il-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta' persuni;

11. Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu skemi ta' risistemazzjoni volontarji bħala alternattiva għal passaġġi ta' migrazzjoni mhux sikuri għal dawk il-migranti li huma fil-bżonn reali ta' protezzjoni internazzjonali li jiġu fl-Unjoni Ewropea;

12. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi politiki razzjonali u fattibbli sabiex tiżgura li jkunu biss dawk il-migranti li ġenwinament jeħtieġu protezzjoni internazzjonali li jiġu fl-Unjoni Ewropea, u li jagħmlu dan permezz ta' passaġġi sikuri;

13. Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem b'mod kostruttiv dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ta' oriġini u ta' transitu ewlenin bil-għan li timplimenta soluzzjonijiet fit-tul li jindirizzaw il-kawżi fil-fond tal-migrazzjoni ekonomika u klimatika;

14. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-istabbiliment ta' sistema ta' sorveljanza aktar strutturali għat-tluq mil-Libja, u biex jivvalutaw il-possibbiltà ta' imblokk navali 'l barra mill-kosta tal-Libja bil-għan li jwaqqfu l-attivitajiet kriminali tal-kuntrabandisti;

15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Frontex, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Europol u lill-IOM.

 

[1] ĠU L 328, 5.12.2002, p. 1.

[2] ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ottubru 2019Avviż legali