Proċedura : 2019/2891(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0167/2019

Testi mressqa :

B9-0167/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2019 - 5.8
CRE 14/11/2019 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{06/11/2019}6.11.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0167/2019</NoDocSe>
PDF 141kWORD 44k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fil-Polonja</Titre>

<DocRef>(2019/2891(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Ryszard Antoni Legutko, Anna Zalewska, Jadwiga Wiśniewska</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>


B9‑0167/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fil-Polonja

(2019/2891(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fil-Polonja bħalissa m'hemm l-ebda pjan biex tgħaddi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi jew tikkastiga l-għoti tal-edukazzjoni sesswali; billi matul dawn l-aħħar 21 sena ġew mgħallma klassijiet tal-edukazzjoni tal-familja li jinkludu, fost l-oħrajn, is-sesswalità umana; billi t-tagħlim ta' dawn il-klassijiet bl-ebda mod ma huwa mhedded;

B. billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jafferma li l-Unjoni għandha tirrispetta b'mod sħiħ "ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta' tagħlim u l-organizzazzjoni ta' sistemi ta' edukazzjoni", filwaqt li tiġi fdata bil-kompitu li tappoġġja, tissupplimenta u tikkoordina fir-rigward tal-iżvilupp tal-edukazzjoni;

C. billi l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal timponi fuq l-Istati Partijiet l-obbligu li "l-aħjar interessi tat-tfal" ikunu kkunsidrati primarjament, "b'kont meħud tad-drittijiet u d-dmirijiet tal-ġenituri, it-tuturi legali jew l-individwi tiegħu jew tagħha, il-kustodji legali jew l-individwi legalment responsabbli għalih jew għaliha" (l-Artikolu 3), li min-naħa tagħhom għandhom id-dritt li "jipprovdu, b'mod konsistenti mal-kapaċitajiet li qed jevolvu tat-tfal, id-direzzjoni u l-gwida xierqa fl-eżerċizzju mill-wild tad-drittijiet rikonoxxuti f'din il-Konvenzjoni" (l-Artikolu 5);

1. Jinnota li t-trobbija tat-tfal għandha ssir primarjament fil-familja u li l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tqis li "m'għandu jkun hemm l-ebda indħil minn awtorità pubblika dwar l-eżerċizzju ta' dan id-dritt";

2. Jinnota li l-edukazzjoni sesswali hija marbuta ħafna mat-twemmin reliġjuż u l-konvinzjoni ideoloġika u għaldaqstant m'għandhiex issir kontra x-xewqat tal-ġenituri

3. Jemmen li s-soċjetà Pollakka u l-awtoritajiet Pollakki għandhom id-dritt u l-obbligu sħiħ li jorganizzaw sistema edukattiva, inkluża l-edukazzjoni sesswali, skont ir-rieda demokratika tal-maġġoranza;

4. Barra minn hekk, jemmen li s-soċjetà Pollakka u l-awtoritajiet Pollakki għandhom id-dritt u d-dmir li jipproteġu lit-tfal minn esponiment għal kwalunkwe kontenut li mhumiex ippreparati għalih, u jipproteġuhom minn kwalunkwe esponiment għal abbuż sesswali skont ir-rieda demokratika tal-maġġoranza u f'konformità mal-liġi;

5. Jiddispjaċih għall-fatt li ħafna Stati Membri tal-UE, fosthom il-Ġermanja, l-Awstrija, l-Iżvezja u l-Finlandja, introduċew edukazzjoni sesswali obbligatorja, u b'hekk jinterferixxu mad-dritt tal-ġenituri li jrabbu lil uliedhom skont it-twemmin tagħhom;

6. Jilqa' l-fatt li f'xi Stati Membri, inkluża l-Polonja, il-ġenituri jistgħu jagħżlu, skont it-twemmin tagħhom u d-dritt għall-ħajja tal-familja, jekk għandhomx jibagħtu lit-tfal tagħhom għal-lezzjonijiet dwar l-edukazzjoni sesswali jew le, u li meta l-istudenti jsiru adulti jistgħu jiddeċiedu huma stess dwar kif jindirizzaw dan is-suġġett;

7. Jinnota li fil-Polonja, għalliem huwa meħtieġ jiżvela l-informazzjoni kollha dwar l-għanijiet u l-kontenut tal-kurrikulu, il-kotba tal-iskola u l-miżuri didattiċi relatati mal-edukazzjoni sesswali, u li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi jistgħu jwettqu l-attività tagħhom fl-iskejjel biss wara li jiksbu l-kunsens u l-ftehim minn qabel tal-prinċipal tal-iskola rigward il-kontenut ta' din l-attività, u wara li jiksbu l-approvazzjoni mill-kunsill tal-ġenituri;

8. Jiddispjaċih għall-fatt li l-prinċipali tal-iskola spiss jiksru l-liġi applikabbli u jistiednu organizzazzjonijiet li jorganizzaw klassijiet dwar l-edukazzjoni sesswali mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tal-ġenituri;

9. Jinnota bi tħassib li xi gruppi fil-Parlament Ewropew ippruvaw jinterferixxu fi kwistjonijiet li t-Trattati jirriservaw għall-Istati Membri;

10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Polonja, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

 

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Novembru 2019Avviż legali