Proċedura : 2019/2891(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B9-0168/2019

Testi mressqa :

B9-0168/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2019 - 5.8
CRE 14/11/2019 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{06/11/2019}6.11.2019</Date>
<NoDocSe>B9‑0168/2019</NoDocSe>
PDF 149kWORD 46k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fil-Polonja</Titre>

<DocRef>(2019/2891(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Jörg Meuthen, Christine Anderson, Gunnar Beck, Annika Bruna, Markus Buchheit, Nicolaus Fest, Joachim Kuhs, Guido Reil, Maximilian Krah</Depute>

<Commission>{ID}f'isem il-Grupp ID</Commission>

</RepeatBlock-By>


B9‑0168/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fil-Polonja

(2019/2891(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari l-Artikolu 9, dwar id-dritt ta' twemmin u ta' kuxjenza, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 67, 83 u 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni rilevanti fil-Polonja,

 wara li kkunsidra l-"Istandards għall-Edukazzjoni Sesswali fl-Ewropa" tal-Uffiċċju Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi[2],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2019 dwar il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fil-Polonja,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi d-drittijiet tal-persuna umana, għalkemm huma espressi bħala drittijiet tal-individwu, għandhom dimensjoni soċjali fundamentali li ssib l-espressjoni essenzjali u fundamentali tagħha fil-familja;

B. billi matul id-dibattitu tal-Parlament tal-21 ta' Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddikjarat li bħalissa m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni fis-seħħ li tikkriminalizza l-edukazzjoni sesswali fil-Polonja, u li l-Istati Membri għandhom kompetenza esklussiva għall-politika tal-edukazzjoni, u għalhekk għall-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom;

C. billi l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità tinvolvi approċċ kontroversjali għall-edukazzjoni sesswali, hekk imsejjaħ "ibbażat fuq id-drittijiet", li jiġbor fih ħafna aktar milli sempliċement it-tagħlim għat-tfal u għaż-żgħażagħ dwar il-konġunġiment sesswali u r-riproduzzjoni umana;

D. billi m'hemm l-ebda dokument jew trattat vinkolanti tan-NU li jsemmi jew jipprovdi għal dritt għall-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità;

E. billi m'hemm l-ebda definizzjoni universali unika ta' edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u x'tinvolvi;

F. billi l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jiddikjara li l-limiti tal-kompetenzi tal-Unjoni huma rregolati mill-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, li l-eżerċizzju ta' dawn il-kompetenzi tal-Unjoni huwa regolat mill-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, u li l-kompetenzi li ma jingħatawx lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu għand l-Istati Membri;

G. billi l-Artikolu 67 tat-TFUE jiddikjara li l-Unjoni għandha tirrispetta s-sistemi legali u t-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri, u li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-unika istituzzjoni li tista' tagħti sentenza dwar il-possibbiltà ta' ksur tat-trattat mill-Istati Membri;

H. billi minn età żgħira ż-żgħażagħ huma esposti ħafna għal kontenut pornografiku, speċjalment permezz tal-internet, kemm fid-dar kif ukoll fl-iskola;

I. billi s-sesswalizzazzjoni ta' subien u bniet żgħażagħ fil-midja hija fenomenu li jaffettwa l-iżvilupp emozzjonali u l-ħajja sesswali tan-nisa u tal-irġiel, u jista' jikkontribwixxi għal sterjotipi tal-ġeneru u vjolenza sesswali;

J. billi l-edukazzjoni hija waħda mill-aħjar modi kif jistgħu jitwasslu valuri bħall-paċi, il-fehim tad-dinjità tal-bniedem u l-ġustizzja permezz ta' metodi ta' edukazzjoni formali, mhux formali u informali fi ħdan il-familja u fl-iskejjel statali, u r-responsabbiltà ewlenija għall-edukazzjoni tat-tfal dejjem taqa' primarjament fuq il-ġenituri tagħhom;

1. Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament espressa fir-riżoluzzjoni storika tiegħu dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi[3], li ddikjarat li l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel hija kompetenza tal-Istati Membri;

2. Ifakkar li bħalissa m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar "il-kriminalizzazzjoni tal-edukazzjoni sesswali" fil-Polonja;

3. Jadotta l-pożizzjoni li l-ġenituri għandhom id-dritt u d-dmir li jedukaw lil uliedhom, u li, b'mod partikolari, l-għoti tal-edukazzjoni sesswali huwa dritt bażiku tal-ġenituri, u għandu dejjem iseħħ taħt is-superviżjoni mill-qrib tagħhom, kemm fid-dar kif ukoll fiċ-ċentri edukattivi magħżula minnhom u soġġetta għas-sorveljanza tagħhom;

4. Jemmen li għandu jiġi rrispettat id-dritt primarju tal-ġenituri li jedukaw lit-tfal tagħhom, f'kull forma ta' kooperazzjoni bejn il-ġenituri, l-għalliema u l-awtoritajiet tal-iskejjel, u b'mod partikolari f'forom ta' parteċipazzjoni mfassla biex il-ġenituri jingħataw vuċi fit-tmexxija tal-iskejjel u fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-edukazzjoni;

5. Huwa tal-fehma li x-xogħol tal-ommijiet u l-missirijiet fid-dar irid jiġi rikonoxxut u rrispettat minħabba l-valur tiegħu għall-familja u għas-soċjetà;

6. Ifakkar li l-prinċipju li għandu jiggwida lil dawk responsabbli mill-edukazzjoni u t-trawwim tat-tfal għandu jkun l-aħjar interessi tal-istess tfal;

7. Ifakkar lill-Istati Membri li l-ġenituri għandhom jirċievu l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa biex iwettqu r-rwol edukattiv tagħhom kif xieraq;

8. Jisħaq li r-rwol u s-superviżjoni tal-ġenituri u tal-familja huwa partikolarment neċessarju minħabba li minn età żgħira ż-żgħażagħ jista' jkollhom aċċess għal kontenut pornografiku u degradanti, speċjalment permezz tal-internet; għaldaqstant, jenfasizza li l-edukazzjoni sesswali għandha tkun parti mill-iżvilupp naturali tad-dimensjoni emozzjonali taż-żgħażagħ, u li huwa importanti li jiġu implimentati l-miżuri kollha meħtieġa biex jissaħħu relazzjonijiet b'rispett reċiproku fost membri tas-sess oppost; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintroduċu kampanji ta' għarfien għall-ġenituri u għall-adulti li jaħdmu maż-żgħażagħ, biex titqajjem kuxjenza dwar l-effetti ħżiena tal-pornografija fuq l-adolexxenti;

9. Jikkundanna r-rakkomandazzjoni mhux xierqa li saret mill-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Federali Ġermaniż għall-Edukazzjoni tas-Saħħa (BZgA), li pproponew il-masturbazzjoni bikrija tat-tfal mill-età ta' erba' snin; jappella, b'mod aktar ġenerali, għal aktar kawtela u ħarsa aktar kritika tal-istudji dwar il-ġeneru, li jiffurmaw il-bażi teoretika ta' pubblikazzjonijiet bħal dawn; jesprimi tħassib dwar rapporti reċenti li jgħidu li dawn l-istudji ġew immanipulati għal skopijiet politiċi;

10. Jirrikonoxxi li l-eżenzjonijiet tal-ordni pubbliku jissalvagwardjaw id-dritt tal-Istati Membri li jipproteġu l-valuri fundamentali tagħhom kif espressi fil-liġijiet sostantivi tal-familja u tal-edukazzjoni tagħhom, u jipproteġu kontra l-importazzjoni ta' kunċetti ġuridiċi barranin li jistgħu jkun li ma jeżistux fis-sistema legali domestika tal-Istati Membri, jew jistgħu saħansitra jkunu illegali, u b'hekk jirriżulta f'eżistenza parallela ta' sistemi ġuridiċi nazzjonali u tal-UE, bir-riskju ta' effetti kollaterali u diskriminazzjoni inversa;

11. Ifakkar – skont il-prinċipju ta' "duttrina ta' ordni pubbliku" – li l-ġenituri jew il-kustodji legali tat-tfal għandhom il-libertà li jiżguraw li t-tfal jirċievu edukazzjoni skont il-konvinzjonijiet tagħhom stess, li t-tfal m'għandhomx ikunu mġiegħla jirċievu edukazzjoni sesswali kontra x-xewqat tal-ġenituri jew tal-kustodji legali tagħhom, u li l-aħjar interessi tat-tfal huma l-prinċipju ta' gwida li jiggarantixxi s-saħħa fiżika u psikoloġika sħiħa tagħhom u l-benesseri tagħhom;

12. Għalhekk, jitlob lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-aġenziji tal-UE biex jikkonformaw mal-liġi tal-UE, u jżommu lura minn kull intervent li jista' jinterpreta mill-ġdid il-bażi legali attwali f'dan il-qasam politiku;

13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Polonja.

 

[1] https://www.bzga-whocc.de/en/publications/standards-in-sexuality-education/

[2] ĠU C 468, 15.12.2016, p. 66.

[3] ĠU C 468, 15.12.2016, p. 66.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Novembru 2019Avviż legali