Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Rapporti verbatim tad-dibattiti
It-Tlieta, 27 ta' Ottubru 2015 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika (dibattitu)
MPphoto
 

  Marlene Mizzi (S&D). Sur President, għalkemm hemm ħafna ċittadini li huma xettiċi fuq il-proġett “Ewropa”, huwa importanti nuru s-suċċesssi ta’ dan il-proġett. Ir-riżultat tal-pakkett tat-Telecom Single Market jista’ jitqies bħala wieħed mill-kisbiet tal-Unjoni Ewropea li żgur ser iħalli impatt tajjeb fuq il-ħajja taċ-ċittadini tagħna.

Dan huwa t-tmiem tal-battalja twila tal-Parlament Ewropew, battalja li bdiet bosta snin ilu. Dan huwa t-tmiem tar-roaming charges u l-bidu ta’ regoli fuq net neutrality li ser isaħħu d-drittijiet tal-konsumatur.

Bħala parti min-negozjati għall-Grupp S&D tal-kumitat IMCO, insistejt sabiex ikollna data fissa għat-tmiem tar-roaming charges u ninsab sodisfatta li finalment għandna d-data ta’ Ġunju 2017.

Mill-perspettiva tal-konsumaturi, il-ftehim huwa wkoll pass importanti ’il quddiem. Il-Kumitat IMCO rnexxielu jinkludi numru ta’ proviżjonijiet important dwar it-tisħiħ tal-informazzjoni kuntrattwali u t-transparenza, monitoraġġ tal-konsum u miżuri għall-immaniġġjar tat-traffiku. Dan jipprovdi għodda ta’ tqabbil bejn is-servizzi, aktar informazzjoni għar-rimedji u proċedura biex jiġu indirizzati l-ilmenti tal-konsumaturi.

Minix sodisfatta fuq il-ftehim tan-net neutrality, però almenu għall-ewwel darba se jkun hemm regoli Ewropej li japplikaw għall-Membri Stati kollha għall-benefiċċju taċ-ċittadini.

 
Avviż legali - Politika tal-privatezza