Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Implimentazzjoni tal-Pilastru Soċjali (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Sur President, is-settur tal-impjiegi qed jinbidel b’mod rapidu u dan iġib miegħu numru ta’ kwistjonijiet illi għandhom bżonn l-attenzjoni tagħna u li għandhom jiġu indirizzati.

Irridu nirrealizzaw li ma teżistix soluzzjoni one size fits all għall-pajjiżi Ewropej kollha, għalkemm l-isfidi huma komuni. Pereżempju, sfida minnhom hija li kull ħaddiem u ħaddiema tiffaċċja kuljum huma l-isfidi tagħna u allura huwa dmir u dover tagħna wkoll li nassiguraw li jkollna pereżempju xogħol diċenti għaċ-ċittadini tagħna, b’aċċess faċli għall-iżvilupp u għall-ħiliet u taħriġ għall-immodernizzar tal-azjendi tagħna u ta’ dawk li jużawhom.

Bħala rapporteur, pereżempju, fuq id-Direttiva għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja – il-work-life balance, jiena nemmen li din id-Direttiva, għalkemm ambizzjuża ħafna, hija ottenibbli. Jiena nemmen illi, biex jinkiseb dan il-bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku u l-bżonnijiet taċ-ċittadini, hemm bżonn ir-rieda tajba minn kull settur, minn kull azjenda, għaliex fl-aħħar mill-aħħar se jibbenefika minnha kulħadd.

Pilastru Ewropew, allura, tad-drittijiet soċjali se jerġa’ jpoġġi l-aspett soċjali u l-bżonnijiet tan-nies fuq quddiem nett tal-aġenda Ewropea. U allura nifhem li l-pajjiżi Membri lkoll għandhom ir-responsabilità, kif ukoll ir-rieda, biex jaħdmu id f’id magħna u mal-imsieħba soċjali biex nilħqu dawn il-miri.

Fl-aħħar nett, irrid nirringrazzja lix-shadow rapporteur Tom u lil Madame Rodrigues u lix-shadow rapporteurs l-oħra għax-xogħol utli ħafna li għamlu għalina lkoll f’dan il-Parlament.

 
Avviż legali