Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

L-implimentazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-Istati Membri (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa, f’isem il-grupp PPE. – Qed nitkellmu dwar li l-informazzjoni u l-istatistika li għandna qiegħda turina li r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ qiegħda tinżel però, naturalment, mhux b’rata konsistenti madwar l-Ewropa kollha. Għalhekk huwa importanti li nkomplu naħdmu biex nilħqu l-miri tagħna fuq dan is-suġġett u ninsab kuntent ħafna anke jien li l-Presidenza Bulgara qiegħda tagħmel dan is-suġġett bħala wieħed mill-prijoritajiet tagħha.

Dan ir-rapport jesponi ċertu nuqqasijiet dwar l-implimentazzjoni, kif nafu, tal-Youth Unemployment Initiative, u forsi ġiet implimentata wkoll b’mod mgħaġġel għalkemm b’riżultati pożittivi. Irridu nammettu li forsi ma rfinajniex din l-inizjattiva biex inżidu iżjed stejjer ta’ suċċess u hemm bżonn li nerġgħu nibnu, kif qalet il-Kummissarju, u ntejbu din l-inizjattiva biex niżguraw li tkompli trendi fit-tul u mhux biss għall-futur immedjat.

Jiena nemmen illi m’għandniex inħarsu lejn din il-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ mill-aspett ekonomiku biss. Ir-rwol tagħna hu li nifhmu u nindirizzaw x’inhuma verament il-problemi. Ejjew nagħrfu li hemm konsegwenzi oħra fuq iż-żgħażagħ li jkunu jinsabu mingħajr impjieg. Allura dan irridu nkunu nafu x’inhuma dawn il-problemi, x’inhuma dawn il-konsegwenzi u naturalment nindirizzawhom.

Irid ikun hemm iżjed commitment allura min-naħa tagħhna kif ukoll mill-Istati Membri biex din l-inizjattiva tkun suċċess. Dan ifisser illi jrid isir iżjed xogħol biex iż-żgħażagħ li mhumiex jaħdmu, li mhumiex jistudjaw jew li mhumiex imħarrġa, jkunu jistgħu jagħrfu li din l-inizjattiva tista’ tgħinhom u li jista’ jkollhom suċċess permezz tagħha.

L-effetti tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nies li huma l-futur, fl-aħħar mill-aħħar, tal-Unjoni Ewropea huma kbar u l-konsegwenzi jinħassu fit-tul. U għalhekk huwa importanti iżjed minn qatt qabel illi nilħqu l-għanijiet tagħhna flimkien u naslu għal din l-inizjattiva b’suċċess.

 
Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2019Avviż legali