Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová (dibattitu)
MPphoto
 

  Roberta Metsola (PPE). – Qegħdin illum hawn nitkellmu dwar assassinju ta’ ġurnalist, Jan Kuciak. Aħna f’Malta wkoll ġarrabna assassinju ta’ ġurnalista – dak ta’ Daphne Caruana Galizia.

Kien hemm min kellu kull interess li ħasad il-ħajja tagħhom, biex iġib fi tmiem dak li kienu qegħdin jagħmlu. L-investigazzjonijiet dwar ir-rabtiet u x-xibka ta’ korruzzjoni, u l-investigazzjonijiet dwar il-ħasil ta’ flus huma ta’ xkiel għal min irid jostor il-verità. Ta’ xkiel għal min ikun irid jaħbi l-fatti. Ta’ xkiel għal min irid isir sinjur b’mezzi illegali.

Il-mexxejja u min għandu r-responsabbiltà li jinvestiga dawn l-assassinji għandhom piż kbir fuq spallejhom. L-għeruq ta’ xi jwassal għall-assassinji aħna nafuhom. Nafu li l-istituzzjonijiet meta jkunu dgħajfa u n-nuqqas ta’ infurzar tal-liġijiet huma velenu għas-soċjetà u vitamini għall-kriminali. Il-mekkaniżmu biex iċ-ċittadini Ewropej ikollhom moħħhom mistrieħ mid-demokrazija, il-ħarsien u l-applikazzjoni tal-liġi kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem qed isir aktar urġenti. Jeħtieġ li dan il-mekkaniżmu jkun applikabbli għal kull pajjiż u jidħol fis-seħħ malajr.

Il-ġurnalisti qed iħallsu prezz għoli. Qed iħallsu b’theddid ta’ azzjonijiet legali, b’kawżi fil-qrati, b’intimidazzjoni u saħansitra bi qtil kif rajna f’Malta u s-Slovakkja. Sadanittant u aħna neħtieġu azzjoni, ser inkomplu niġġieldu l-korruzzjoni tkun fejn tkun, nirsistu għall-istituzzjonijiet indipendenti u serji.

U hawnhekk nispiċċa, ir-riga għandha tkun għal kulħadd. Kullimkien.

We are all for Ján and we will never stop fighting for justice for Daphne.

 
Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Lulju 2018Avviż legali