Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u ta' Martina Kušnírová (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Sinjura President, illum aħna ningħaqdu mal-poplu Slovakk u nikkundannaw bla ebda riżervi l-assassinju tal-ġurnalist Jan Kuciak. L-istat ta’ kull demokrazija tiġi mkejla fuq il-libertà u s-sigurtà tal-ġurnalisti ta’ dak il-pajjiż u fl-Ewropa bħalissa dan l-istat mhuwiex wieħed tajjeb.

Sa ftit taż-żmien ilu konna qegħdin niddiskutu l-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia u ż-żewġ każijiet huma simili ħafna; korruzzjoni, abbuż ta’ poter u kultura ta’ impunità. Dak li ġara lil Jan u Daphne sfortunatament ma jistax jinbidel però dak li jista’ jinbidel huwa l-protezzjoni li noffru lill-ġurnalisti.

L-abbuż minn sistemi legali biex titpoġġa sarima ma’ ħalq il-ġurnalisti m’għandu ebda post fl-Unjoni Ewropea u għalhekk aħna qed nitolbu lill-Kummissjoni biex tipproponi liġijiet kontra l-użu ta’ SLAP.

Jiena nilqa’ b’sodisfazzjon il-kliem tal-Viċi President Timmermens fejn qal li l-Kummissjoni ser taħdem biex tikkumbatti dan l-abbuż. Ejjew nonoraw il-memorja ta’ Daphne u ta’ Jan billi nkunu aħna li nkomplu l-ħidma tagħhom u nipproteġu dak li huma kienu jissimbolizzaw.

 
Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Lulju 2018Avviż legali