Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2018 - Brussell Edizzjoni riveduta

Diskorsi ta’ minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
MPphoto
 

  Roberta Metsola (PPE). – illum qed nitkellem bħala rappreżentanta tal-Għawdxin; rappreżentanta tar-residenti tal-gżira Għawdxija, li għandna insularità doppja, u għalhekk hemm ċirkustanzi li jridu jiġu indirizzati b’mod immedjat.

Għawdex ibbenefika mill-fondi Ewropej biex ittieħdu inizjattivi fil-qasam soċjali, fl-impjiegi u fl-edukazzjoni u biex saru diversi proġetti infrastrutturali, iżda baqa’ ħafna li għad irid sir.

Fuq livell nazzjonali, jeħtieġ li l-gvern preżenti jinvesti aktar f’Għawdex b’mod urġenti u konsistenti. Hemm ċertu bżonnijiet, fosthom fl-aċċessibilità, fit-teknoloġija, l-ivvjaġġar, it-trasport u l-edukazzjoni, li ma jistgħux jistennew aktar.

Fuq livell Ewropew, issa li resqin lejn id-diskussjoni tal-baġit li jmiss għall-Pajjiżi Membri, irridu naraw li l-Unjoni tqis iċ-ċirkustanzi speċjali tal-gżejjer. B’hekk il-bżonnijiet ta’ Għawdex jiġu indirizzati aktar u f’anqas żmien.

Aħna rridu li l-gżira ta’ Għawdex tkun gżira li toħloq ix-xogħol, li ħadd Għawdxi ma jkun sfurzat li jitlaq minn Għawdex. Il-prijoritajiet tal-Għawdxin għandhom ikunu l-prijoritajiet tagħna l-politiċi.

Jiena għalhekk qiegħda hawnhekk, għalhekk qiegħda nitkellem f’isem l-Għawdxin kollha.

 
Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Ġunju 2018Avviż legali