Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 30 ta' Mejju 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-valuri tal-UE u l-proliferazzjoni tal-korruzzjoni u tal-kriminalità permezz tal-"Viżi tad-Deheb" (dibattitu topiku)
MPphoto
 

  Roberta Metsola, f’isem il-grupp PPE. – Il-popli li nirrappreżentaw huma mħassba dwar in-nuqqas ta’ sigurtà, il-kriminalità u l-ħasil tal-flus. Bir-raġun jistennew azzjoni, jistennew protezzjoni u serħan il-moħħ. Dak li qed niddiskutu llum ser ikollu impatt fuq dan kollu. Hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar golden visas jew ċittadinanza biss. Hawn qed nitkellmu dwar ħwejjeġ li għandhom implikazzjonijiet ħafna akbar.

Qed niddiskutu kif jidħlu n-nies fl-Ewropa billi jakkwistaw passaport jew ċittadinanza Ewropea – u jagħmlu hekk mhux għaliex għandhom xi rabta ġenwina mal-Unjoni Ewropea imma għaliex joħorġu l-flus, għaliex iħallsu.

L-identità u ċ-ċittadinanza ma tistax tkun ridotta qisha xi prodott li tixtriha minn fuq l-ixkaffa.

Aħna rridu lil min għandu interess ġenwin li jinvesti, li joħloq ix-xogħol, li jkattar l-impjiegi f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea, isib il-mezz kif jagħmel dan, imma li tinxtara ċ-ċittadinanza mingħajr kontroll: dan mhuwiex sew.

Jien ġejja minn pajjiż li tul is-snin, minbarra li ta importanza qawwija lill-investiment lokali, jiġifieri tal-Maltin u l-Għawdxin li investew ħinhom u flushom f’pajjiżhom għal rashom f’negozji żgħar u medji jew bħala self-employed, tajna importanza wkoll lill-investiment barrani.

Dejjem tajna valur lill-kontribut ekonomiku li kien hemm min ta b’mod ġenwin fl-ekonomija tagħna, imma li xi pajjiż Ewropew jintuża għal skopijiet dubjużi, bħall-ħasil ta’ flus u korruzzjoni qatt ma għandu jkun aċċettat.

U nagħlaq b’din: fl-istituzzjoni u f’pajjiżi aħna ħdimna fuq is-sigurtà, is-sigurtà fil-fruntieri, ħdimna fuq liġijiet kontra l-ħasil tal-flus. Ma jistax ikun li dak li ħdimna fuqu jintilef f’qasir żmien. Ma nistgħux nagħlqu għajnejna. La aħna, la l-Kummissjoni Ewropea, la ħadd. Iċ-ċittadinanza titlob li jkun hemm rabta ġenwina, u dan hu dak li jistennew iċ-ċittadini mingħandna.

 
Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Settembru 2018Avviż legali