Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2018 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa, f'isem il-grupp PPE. – Is-saħħa u l-għajxien taċ-ċittadini tagħna dejjem kienu, u għandhom jibqgħu, prijorità għal dan il-Parlament. Xogħolna hawn huwa li nissalvagwardjaw il-ħajja tal-ħaddiema tagħna, tal-ħaddiema Ewropej u din il-liġi għandha eżattament dan il-għan.

Irridu nagħrfu li r-riskju għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, jew minħabba l-post tax-xogħol, abbażi ta' mard relatat mal-kanċer huwa sinifikanti, u rridu nindirizzaw din il-problema llum qabel għada. Dan jista' jsir biss jekk jiġu introdotti reviżjonijiet b'mod regolari tal-ligijiet tagħna, b'mod speċjali din id-Direttiva. Illum, fuq talba tal-Parlament, qegħdin naraw is-suċċessi li tista' ġġib waħda min dawn ir-reviżjonijiet imsemmija li twaqqaf limiti għal ħames karċinoġeni addizzjonali.

Taħt it-tmexxija ta' Claude Rolin f'dan id-dibattitu, flimkien mal-Kummissarju Marianne Thyssen, irnexxielna nilħqu ftehim fuq numru ta' elementi essenzjali li jnaqqsu l-esponiment tal-ħaddiema għal dawn is-sustanzi perikolużi għal-livell minimu assolut. Irnexxielna wkoll neliminaw dawn l-istess sustanzi u, fejn stajna, anke sibna sustanzi sostituti għal dawk li huma ta' periklu. B'hekk is-saħħa tal-ħaddiema ma tkunx fil-periklu.

Kull hajja ta' kull ħaddiem fl-Unjoni Ewropea għandha dejjem tkun prijorità għalina u rridu nagħmlu dak kollu li huwa fil-poter tagħna, fid-dover tagħna, biex dejjem npoġġu saħħitna l-ewwel.

 
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' April 2019Avviż legali