Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa, f’isem il-grupp PPE. –Sur President, naqblu li l-Unjoni Ewropea għandha tkun Unjoni Soċjali fejn nieħdu azzjoni konkreta fuq kwistjonijiet soċjali. Hemm bżonn ikollna soluzzjonijiet fuq livell Ewropew għall-isfidi soċjali tagħna, u l-Fond Soċjali Ewropew naturalment jikkontribwixxi għal dan. Iżda, jiena naħseb li jrid jissaħħaħ.

Il-pożizzjonijiet u l-proposti tagħna jridu dejjem ikunu ċċentrati fuq il-bżonnijiet tas-soċjetajiet tagħna speċjalment meta dawn l-istess pożizzjonijiet u proposti jaffettwaw l-impjiegi u l-karrieri taċ-ċittadini Ewropej.

Il-Fond Soċjali Ewropew ġdid se jinvesti fiċ-ċittadini Ewropej u intiż biex jgħin lin-nies isibu x-xogħol, jagħti għajnuna lil min iħaddem u jippromwovi investiment b’saħħtu fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan il-Fond jgħin lill-Ewropa ssir aktar kompetittiva mingħajr ma tinsa l-kuxjenza soċjali tagħha.

Il-Fond Soċjali Ewropew il-ġdid huwa intiż li jibni fuq is-suċċessi li diġà kellna u jissaħħaħ billi niġbru erba’ Fondi taħt umbrella waħda u b’hekk titjieb l-effiċjenza u s-sinerġija tal-programmi ta’ dawn il-Fondi kollha. U allura naħseb li b’din il-koeżjoni soċjali qed inkomplu ntejbu l-ġustizzja soċjali, insiru aktar kompetittivi u nagħmlu dan billi kemm jista’ jkun ningħaqdu bejnietna f’dak li għandu x’jaqsam mal-qasam soċjali kif għamilna biex proprju jintlaħaq dan il-ftehim fuq dan ir-rapport li għandna quddiemna.

 
Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Mejju 2019Avviż legali