Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
It-Tlieta, 12 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Rapport tal-2018 dwar it-Turkija (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Sur President, taħt l-amministrazzjoni li għandna bħalissa, it-Turkija tinsab iżjed ’il bogħod mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea milli kienet meta applikat snin ilu. Mingħajr midja ħielsa ma teżistix demokrazija u l-każ ta’ Pelin Unker juri eżattament l-istat ta’ demokrazija fit-Turkija.

Pelin hija parti mill-konsorzju internazzjonali tal-ġurnalisti investigattivi u kienet waħda minn dawk illi rrappurtat fuq l-iskandlu tal-Paradise Papers. Dak li kitbet ma nnegah ħadd u issa qed tiffaċċja tlettax-il xahar ħabs u numru ta’ multi. Dan kollu għaliex fir-rappurtaġġ tagħha ssemmi nies importanti fil-politika - nies ta’ poter fil-Gvern Tork. Pelin hija omm, u din is-sentenza, jekk tiġi fis-seħħ, tkun tfisser illi l-omm tiġi sseparata mit-tarbija tagħha.

Din hija amministrazzjoni krudili u bla qalb, u l-poplu Tork jixraqlu aħjar. Għalhekk qed insejjaħ fuq il-kollegi tiegħi hawn illum, fuq il-Kummissjoni u fuq il-Kunsill, ħudu azzjoni issa u itolbu lill-awtoritajiet Torok biex iwaqqgħu dawn l-akkużi fażulli kontra Pelin Unker.

 
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Lulju 2019Avviż legali