Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
Il-Ħamis, 28 ta' Marzu 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

'Erasmus': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (dibattitu)
MPphoto
 

  Marlene Mizzi (S&D). – Sinjura President, l-Erasmus huwa wieħed mill-aktar proġetti ta' suċċess tal-Unjoni Ewropea, proġett li għen miljuni ta' żgħażagħ sabiex jibbenefikaw minn opportunitajiet ta' tagħlim u mobilità. Fis-seba' snin li ġejjin nistgħu nistennew li l-Erasmus ħa jkompli jikber u jespandi. Imma biex dan iseħħ għandu bżonn baġit li jipprovdi fondi suffiċjenti. Il-proposta tal-Kummissjoni biex tirdoppja l-baġit mhix biżżejjed. Hemm bżonn li l-istess baġit jiżdied bi tliet darbiet aktar biex inkunu nistgħu nwasslu l-Erasmus+ li huwa aktar inklużiv u aċċessibbli għal kulħadd. Huwa għalhekk li nappoġġa l-proposta li l-fondi tal-Erasmus+ 2021-2027 jiżdied bi tliet darbiet. B'dan il-mod inkunu qed nagħtu lok biex aktar nies jieħdu sehem u jkun hemm aktar fondi biżżejjed għall-ħtiġijiet tal-parteċipanti. Il-programm għandu jiffoka fuq l-inklużività u b'mod partikolari fuq il-provvediment ta' aċċess aħjar għal persuni b'inqas opportunitajiet u dawk bi bżonnijiet speċjali. Kulħadd għandu jkollu l-istess prospetti, imma s'issa mhux kulħadd kellu l-possibbiltà jibbenefika mill-Erasmus. Għandha bżonn aċċess nondiskriminatorju u mingħajr ostakli biex verament ikollna Erasmus miftuħ għal kulħadd.

 
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Lulju 2019Avviż legali