Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
Il-Ħamis, 4 ta' April 2019 - Brussell Verżjoni proviżorja

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw (dibattitu) (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa, Rapporteur. – Sinjur President, irrid nirringrazzja naturalment, anki jiena, lill-Kummissarju Thyssen, u lill-Kummissarju Jourová wkoll, għall-għajnuna tagħhom, għal din il-proposta tagħhom, u għall-paċenzja tagħhom ukoll. Nixtieq nirringrazzja lil Agnieszka, il-kollega tiegħi, kif ukoll lix-Shadow Rapporteurs kollha li kellna għal din id-direttiva.

Naturalment kien hemm Shadow Rapporteurs illi ma riedu assolutament xejn, u kellna Shadow Rapporteurs illi riedu iktar milli fil-fatt għandna quddiemna. Però l-maġġor parti tas-Shadow Rapporteurs, tal-Membri Parlamentari f’din il-Kamra, kif smajtu llum, jaqblu li din hija liġi bilanċjata. Kellna nagħmlu diversi laqgħat, kemm mal-ETUC, kemm ma’ BusinessEurope, kemm ma’ organizzazzjonijiet tal-SMEs, li kienu importanti biex aħna nieħdu veduta ta’ kif tinsab is-sitwazzjoni u fejn nistgħu mmorru.

Naturalment jiena xtaqt li ġibna iktar minn hekk, però b’li għandna quddiemna qed nassiguraw illi se jkollna Ewropa ħafna iktar soċjali milli hija llum. Irrid nesprimi sodisfazzjon ukoll għal dan id-dibattitu li kien jirrifletti eżatt il-ħidma li kellna, mhux biss mal-Membri Parlamentari Ewropej, imma anki fil-Kunsill. Jiġifieri anki l-pożizzjoni tal-Kunsill kienet, fil-bidu ta’ din id-direttiva, iktar opposta meta fil-fatt, meta naraw x’ġara fl-aħħar, insibu li l-maġġor parti tal-membri tal-Kunsill ivvutaw huma wkoll favur dan l-arranġament illi sibna lkoll flimkien.

Din mhijiex rebħa ta’ persuna waħda. Din hija rebħa ta’ tliet istituzzjonijiet f’daqqa li ħadmu flimkien biex ikollna r-riżultat illi għandna llum, u allura jiena nagħlaq billi nħeġġeġ lil kull wieħed u waħda minnha jappoġġa din il-liġi, li hija liġi bilanċjata, tajba għan-nisa, tajba għall-irġiel, tajba għall-familji, tajba għall-ekonomija, imma l-iktar importanti, tajba għal Ewropa soċjali.

 
Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Ġunju 2019Avviż legali