Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja

L-istabbiliment ta' Awtorità Ewropea tax-Xogħol (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa, f'isem il-grupp PPE. – Sinjura President, nixtieq nibda billi nifraħ lir-Rapporteur Jeroen Lenaers għar-riżultat eċċellenti li kiseb f'din il-leġiżlazzjoni u li b'hekk ħadna passi importanti biex inkomplu niksbu Ewropa iżjed soċjali u ġusta.

Iva din hija storja ta' suċċess oħra fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali u suċċess ukoll fl-opportunitajiet offruti mis-suq komuni. L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol se tkun hemm biex tgħin u tassisti lill-awtoritajiet individwi tal-Istati Membri biex jiġġieldu kontra kwalunkwe abbużi u frodi u jagħmlu din l-istess mobbiltà faċli għaċ-ċittadini. Ser ikun hemm ukoll biex tgħin fil-koperazzjoni bejn il-pajjiżi Ewropej u biex tinforza l-liġijiet li japplikaw. Biex nagħmlu dan, kellna nikkreaw regoli ċari, ġusti u li jiġu infurzati kif suppost fuq il-mobilità għax-xogħol. Huwa biss b'sinerġija u kooperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri illi dan huwa possibbli. Mingħajr ma ninsew ir-rwol importanti li l-imsieħba soċjali għandhom f'dan il-proċess.

Kif nafu, is-suq komuni huwa ċentrali għall-pjan u l-proġett Ewropew, u l-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea hija realtà li naraw u nesperjenzaw kuljum fejn miljuni ta' ċittadini Ewropej jaħdmu, jgħixu u jivvjaġġaw.

 
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Lulju 2019Avviż legali