Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (dibattitu)
MPphoto
 

  David Casa (PPE). – Sur President, din hija leġiżlazzjoni importanti ħafna li se jkollha riperkussjonijiet fil-pajjiżi membri kollha tal-Unjoni Ewropea u l-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-istess Unjoni. L-emendi proposti huma estensivi u essenzjalment jindirizzaw miżuri għal min hu qiegħed, benefiċċju għal kura fit-tul, għall-posted workers: dan huwa naturalment pożittiv.

Però d-diskussjonijiet riċenti dwar dan ir-rapport u l-pożizzjonijiet diverġenti fuq din il-kwistjoni tqajjem dubji dwar dan. Jien inħoss li għad jonqosna ftit aktar x'nagħmlu biex nilħqu l-miri tagħna u n-nuqqas ta' qbil proviżorju jpoġġi t-titjib ta' dan id-dritt f'riskju. Dan ukoll minħabba nuqqas ta' maġġoranza fil-Kunsill.

Għalhekk ma nistgħux niżbaljaw. Irridu niżguraw li kwalunkwe tibdiliet li jsir fil-liġi ttejjeb il-ħajja tan-nies u ma jkunx ta' xkiel għaċ-ċittadini, għal min jaħdem, kif ukoll għal min iħaddem jew hu self-employed. Jien konxju li hemm numru ta' emendi proposti fuq il-mejda tal-Kamra. Bil-voti tagħna għandna naċċertaw li dawn l-emendi jtejbu din il-leġiżlazzjoni u jkunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini Ewropej kollha.

Fl-aħħar nett irrid nirringrazzja lir-Rapporteur u lix-Shadow Rapporteurs kollha, li naturalment mhux dejjem qbilna imma naħseb nixtieq nirringrazzjahom għall-effort li għamlu biex jipprovaw insibu xi ħaġa li dwarha nistgħu naqblu, forsi anke fil-futur.

 
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Lulju 2019Avviż legali