Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (dibattitu)
MPphoto
 

  Roberta Metsola, Rapporteur. – Grazzi lil kull wieħed u waħda minnkom li pparteċipajtu f’dan id-dibattitu dwar din il-liġi li ser tagħmel differenza kbira fuq kif ser jiġu mmaniġġjati l-fruntieri esterni.

Naħseb li taqblu miegħi li hawn qbil f’din il-Kamra li għandna nżommu l-fruntieri interni miftuħa ħalli ċ-ċittadini Ewropej jibqgħu fil-libertà li jivvjaġġaw fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan nistgħu niżgurawh biss jekk il-fruntieri esterni tagħna jkunu protetti bl-aħjar mod possibbli. Dan li rnexxielna nagħmlu b’din il-liġi dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta. Permezz ta’ din il-liġi aħna sibna soluzzjonijiet għal ħafna kwistjonijiet li kellhom jiġu indirizzati. Qed nipprovdu l-Aġenzija bir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi li l-Aġenzija għandha bżonn. Qed niżguraw li l-Aġenzija tkompli tirrispetta d-drittijiet fundamentali f’kull attività tagħha biex l-Aġenzija tagħti l-għajnuna neċessarja tagħha fil-qasam tar-ritorn, biex insaħħu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Qbilna wkoll fuq dikjarazzjoni sabiex il-Kummissjoni tbiddel ir-regolamenti tagħha dwar il-persunal, l-istaff, sabiex inżidu l-attrazzjoni ta’ din l-Aġenzija.

Biex nikkonkludi, aħna wegħidna liċ-ċittadini Ewropej li ser nagħlqu n-negozjati fuq din il-liġi sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura. Din il-wegħda żammejniha għaliex irnexxielna nġibu riżultati tant mixtieqa minn kulħadd. Nerġa’ nirringrazzja lil kull kollega tiegħi li għamlu dan kollu possibbli: mill-Kummissjoni, il-Kunsill u b’mod partikolari lix-shadow rapporteurs kollha li wasalna hawnhekk illum ukoll grazzi għar-rieda tagħkom biex nagħlqu l-proċess leġiżlattiv aktar tard illum. Aħna kellna għan u lħaqnih. Riedna nagħmlu bidla pożittiva u rnexxielna. Din hija rebħa għall-Ewropa.

 
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Lulju 2019Avviż legali