Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - Strasburgu Edizzjoni riveduta

Skoperturi fil-forma ta' bonds koperti - Bonds koperti u superviżjoni pubblika ta' bonds koperti (dibattitu)
MPphoto
 

  Alfred Sant, f’isem il-grupp S&D. – Il-vot ta’ għada jimmarka t-tmiem tal-proċess leġiżlattiv maħsub biex iwaqqaf suq Ewropew għal covered bonds, kif inhuma magħrufa ċ-ċedoli ta’ self koperti.

F’din il-Kamra bdejna l-proċess fis-sena 2017 b’riżoluzzjoni li nediet il-bażi tal-ħidma tagħna fuq il-pakkett li għandna quddiemna llum. Ma kinitx ħaġa faċli biex jinsab ftehim għax f’kull pajjiż dawn iċ-ċedoli ta’ self żviluppaw b’mod differenti. Huma jikkostitwixxu għodda finanzjarja li matul is-sekli wriet is-siwi tagħha fis-swieq ta’ pajjiżi Ewropej. Għalkemm infirxu fil-qafas tas-swieq nazzjonali, il-kummerċ internazzjonali f’dawn iċ-ċedoli għandu importanza. Fis-swieq bħal tal-Ġermanja u d-Danimarka huma mitqiesa bir-raġun bħala vitali għall-investiment. F’pajjiżi oħra bħal Malta ma jintużaw xejn. Xorta waħda, l-isfida politika biex jitwaqqaf qafas Ewropew għal dawn iċ-ċedoli li jiġi parti mit-twaqqif ta’ Unjoni Ewropea fis-swieq kapitali kienet din. Għandna nlibbsu l-istess żarbun lil kulħadd - kif ta’ spiss tkun it-tentazzjoni li nagħmlu meta l-affarijiet jiġu deċiżi fi Strasburgu u Brussell - jew għandna nadottaw mudell li jippermetti t-tkomplija sħiħa ta’ arranġamenti li ddaħħlu b’suċċess fis-swieq nazzjonali?

Mill-bidu nett, jien appoġġajt sal-aħħar din it-triq. Ma kellniex għalfejn nibdlu metodi li s-swieq nazzjonali kienu ħaddmu għal għexieren ta’ snin għal sekli. U xorta stajna nwaqqfu qafas Ewropew. Dan kellu jimmira biex progressivament, ir-regoli u l-prattiċi fis-swieq nazzjonali joqorbu lejn xulxin. Il-kompromess milħuq fid-dokumenti quddiemna jirrispondi bis-sħiħ għal din l-isfida. Jinkludi ħafna elementi bir-rapport approvat fl-2018 minn din il-Kamra u jikkoreġi għal aspetti li kienu se joħolqu problemi għall-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. Waqt li jippromwovi qrubija fuq livell Ewropew u jsaħħaħ it-trasparenza u l-ħarsien tal-investituri, il-pakkett quddiemna jevita kull sogru ta’ disturbi fis-swieq nazzjonali fejn jiġu nnegozjati l-covered bonds.

Jien sodisfatt bil-mod kif ilħaqna dawn il-prijoritajiet u l-parir tiegħi hu biex din il-Kamra tappoġġa bil-kbir il-proposta li tinsab quddiemna.

 
Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Lulju 2019Avviż legali