Index 
 Previous 
 Next 
 Full text 
Procedure : 2017/0353(COD)
Document stages in plenary
Document selected : A8-0277/2018

Texts tabled :

A8-0277/2018

Debates :

PV 16/04/2019 - 21
CRE 16/04/2019 - 21

Votes :

PV 17/04/2019 - 8.5
CRE 17/04/2019 - 8.5
Explanations of votes

Texts adopted :

P8_TA(2019)0397

Debates
Wednesday, 17 April 2019 - Strasbourg Revised edition

9.3. Market surveillance and compliance of products (A8-0277/2018 - Nicola Danti)
Video of the speeches
 

Oral explanations of vote

 
  
MPphoto
 

  Marlene Mizzi (S&D). – Sur President, meta l-konsumaturi jixtru prodotti ġodda, bħal artikli elettroniċi, ġugarelli u kożmetiċi, huma jistennew li dawn ikunu sikuri. Sfortunatament dan mhux dejjem il-każ, u ħafna mid-drabi, il-prodotti li jitqiegħdu fuq is-suq ma jkunux sikuri, iżda perikolużi u ta' ħsara.

Prodotti sikuri huma l-uniku prodotti li għandhom jinbigħu fuq is-suq, irrispettivament jekk jinbigħux b'mod tradizzjonali jew b'mezzi online, u ma jimpurtax jekk humiex manifatturati fl-Unjoni jew le.

Għaldaqstant għandna bżonn regoli ta' sorveljanza u infurzar xieraq ta' dawn ir-regoli, flimkien ma' atteġġjament xieraq mill-manifatturi u l-kummerċjanti, li jikkonformaw mar-regoli u l-istandards li diġà jeżistu. Fuq kollox, għandna bżonn leġiżlazzjoni Ewropea li hija kapaċi tipproteġi l-konsumaturi minn prodotti li jistgħu jkunu perikolużi.

Illum ivvotajt favur leġiżlazzjoni li ħa twassal għal bosta titjib importanti għas-sorveljanza tas-suq f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti u sigurtà tal-konsumaturi, sabiex ikollna Suq Uniku aktar ġust. Ir-regoli l-ġodda se jipproteġu l-interessi ta' saħħa u ambjentali, flimkien mas-sigurtà tal-konsumaturi.

 
Last updated: 9 July 2019Legal notice