Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
 Indiċi 
 Test sħiħ 
Dibattiti
Il-Ħamis, 24 ta' Ottubru 2019 - Strasburgu Verżjoni proviżorja

Is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTI fl-Uganda
MPphoto
 

  Alex Agius Saliba, f’isem il-grupp S&D. – Sur President, sfortunatament id-drittijiet umani ta’ persuni LGBTI għadhom jinkisru ta’ kuljum madwar id-dinja kollha, u l-Uganda mhux eċċezzjoni; fejn il-membri ta’ komunità LGBTI għadhom qed jiġu soġġetti għal attakki brutali. Persuni LGBTI għandhom id-dritt tal- protezzjoni ugwali u għall-istess drittijiet bħal kulħadd.

Fil-qalba tal-vjolenza fil-konfront tal-komunità LGBTI hemm il-preġudizzju u l-mibegħda. Għandna bżonn nibdlu l-mentalità jekk irridu li jirnexxielna nevitaw dawn ir-reati. Irridu nkunu kuraġġużi biżżejjed biex nindirizzaw dawn il-fatturi mal-faxex kollha tas-soċjetà. Għaldaqstant huwa essenzjali li niddefendu u nipproteġu din il-komunità madwar id-dinja minn kull tip ta’ vjolenza u diskriminazzjoni.

Għandna bżonn niżguraw li n-nies kollha, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali tagħhom u mill-identità tal-ġeneru jkollhom id-dritt li jkunu ugwali f’għajnejn il-liġi mingħajr l-ebda eċċezzjoni.

U Malta hija eżempju tajjeb ħafna għall-Ewropa. Matul dawn l-aħħar sitt snin ġew introdotti għadd ta’ liġijiet progressivi - minn unjoni ċivili għal drittijiet ta’ adozzjoni ugwali għal koppji tal-istess sess. Bdejna mill-qiegħ u issa Malta tinsab l-ewwel fil-klassifika tal-ILGA-Europe f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dawn id-drittijiet.

 
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Diċembru 2019Avviż legali