Aġenda tal-qasma tas-sessjoni - DROI_OJ(2018)07-11_1Aġenda tal-qasma tas-sessjoni
DROI_OJ(2018)07-11_1

DROI_OJ(2018)07-11_1

 

Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem

 

DROI(2018)0711_1

ABBOZZ TA' AĠENDA

Laqgħa

L-Erbgħa 11 ta' Lulju 2018, 9.00 – 12.30 u 14.30 – 18.30

Il-Ħamis 12 ta' Lulju 2018, 9.00 – 12.30

Brussell

Sala: Altiero Spinelli (3G-3)

Il-11 ta' Lulju 2018, 9.00 – 11.00

1.  Adozzjoni tal-aġenda

2.  Avviżi tal-president

3.  Approvazzjoni tal-minuti tal-laqgħat

·  il-21 u t-22 ta' Marzu 2018  PV – PE619.349v01-00

4.  Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni

AFET/8/13357

  2018/2098(INI) 

 

Rapporteur:

Petras Auštrevičius (ALDE)

PR – PE623.832v01-00

Responsabbli:

AFET

 

 

Opinjonijiet:

FEMM  –

(PPE)

 

 

·  Eżami tal-abbozz ta' rapport

5.  Skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq b'konċentrazzjoni speċjali fuq il-minoranzi reliġjużi Nsara u Yezidi (ara l-programm separat)

Il-11 ta' Lulju 2018, 11.00 – 12.30

Bil-magħluq

6.  Segwitu mis-SEAE għar-riżoluzzjoni tal-Parlament ewropew tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iran mitfugħa l-ħabs fl-Iran u skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran ma' rappreżentanti ta' Flimkien Kontra l-Piena tal-Mewt (ECPM) u Iran Human Rights (IHR)

7.  Bureau Estiż

Il-11 ta' Lulju 2018, 14.30 – 17.00

B'mod konġunt mal-Kumitat għall-Iżvilupp

8.  Smigħ dwar Kawkaw u Kafè - il-qerda tal-foresti pluvjali u kawża tat-tħaddim tat-tfal fl-Afrika tal-Punent: ir-rwol tal-konsum tal-UE, u kif l-UE tista' tgħin (ara l-programm separat)

Il-11 ta' Lulju 2018, 17.00 – 18.30

9.  Skambju ta' fehmiet dwar il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi fil-Kolombja ma' Carlos Andrés Guevara Jimenez, Programa Somos Defensores (Programm Aħna Difensuri) (b'kollegament video), Leyla Andrea Arroyo Muñoz, membru ta' Proceso de Comunidades Negras (Proċess tal-Komunitajiet Suwed, PCN) (b'kollegament video) u l-E.T. Sergio Jaramillo, Ambaxxatur tal-Kolobja għall-UE u ex Kummissarju Għoli għall-Paċi

It-12 ta' Lulju 2018, 9.00 – 12.30

10.  Skambju ta' fehmiet ma' Myria Vassiliadou, koordinatur tal-UE kontra t-traffikar, u Dr Esohe Aghatise, avukat internazzjonali, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (it-30 ta' Lulju) (ara l-programm separat)

11.  Skambju ta' fehmiet ma' Godwin Obaseki, Gvernatur Eżekuttiv tal-Istat ta' Edo, in-Niġerja, u l-Profs, Yinka Omorogbe, President tat-Task Force tal-Istat ta' Edo Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, dwar il-migrazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin min-Niġerja

12.  Skambju ta' fehmiet dwar liġijiet dwar il-blasfemija (ara l-programm separat)

13.  Kwistjonijiet varji

14.  Laqgħat li jmiss

·  is-6 ta' Settembru 2018, 9.00 – 12.30 (Brussell)

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Settembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza