Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 109kWORD 29k
1 ta' Diċembru 2014
E-007637/2014(ASW)
Tweġiba mogħtija mis-Sur Andriukaitis f'isem il-Kummissjoni
Referenza tal-mistoqsija: E-007637/2014

It-trasport ta’ annimali domestiċi lejn l-Irlanda diġà ġie indirizzat mill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija bil-miktub E-010362/2012(1).

L-Istati Membri huma responsabbli għall-kontroll u l-infurzar tal-liġi tal-UE, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa tal-annimali li huma applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' annimali domestiċi(2) minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor. Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kontrolli uffiċjali(3), l-Istati Membri huma wkoll meħtieġa jwettqu kontrolli biex jivverifikaw il-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, u mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali.

Sabiex tiżgura li l-kontrolli tal-konformità fuq l-annimali domestiċi jitwettqu b’mod mhux diskriminatorju, l-Irlanda teħtieġ li l-operatur ta’ inġenju tal-ajru javża bil-quddiem dwar il-wasla ta’ annimali domestiċi. F’dan il-qafas, l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jiddeċiedi li jirrikjedi li l-annimali domestiċi jiġu ttrasportati fl-istiva. Min jivvjaġġa bl-annimali domestiċi huwa mħeġġeġ biex qabel jagħmel iċ-check-in, jikkonsulta l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-kumpaniji tal-linji tal-ajru. Din il-prattika ma tistax titqies bħala waħda li tmur kontra r-regoli tal-UE msemmija iktar 'il fuq.

(1)http://www.europarl.europa.eu/plenary/en/parliamentary-questions.html
(2)Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).
(3)Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

Avviż legali