• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-007610/2017(ASW)Mistoqsija Parlamentari
E-007610/2017(ASW)

Tweġiba mogħtija mill-Viċi President Dombrovskis f'isem il-Kummissjoni

L-Artikolu 49 tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagamenti tassew jimponi li għandhom ikunu żvelati r-rata tal-kambju u l-ħlasijiet kollha. Dan l-Artikolu jibqa' fit-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagamenti[1] (l-Artikolu 59(2)) li sar applikabbli fit-13 ta' Jannar 2018.

Madankollu, il-Kummissjoni taf bil-prattiċi li jagħmluha diffiċli għall-konsumaturi biex jagħmlu deċiżjoni infurmata meta jużaw is-servizzi għall-kambju tal-muniti. Huwa għalhekk li bħalissa l-Kummissjoni qed tanalizza l-għażliet possibbli biex jew iżżid it-trasparenza u/jew biex tassigura li l-ħlasijiet li jintalbu jkunu raġonevoli. Biex jinkiseb dan, il-Kummissjoni bħalissa qed tikkunsidra l-mezzi xierqa li jistgħu jinkludu infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti, leġiżlazzjoni msaħħa jew linji gwida.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Ġunju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza