Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 109kWORD 20k
13 ta' Ġunju 2018
E-002149/2018(ASW)
Tweġiba mogħtija mis-Sinjura Jourová f'isem il-Kummissjoni
Referenza tal-mistoqsija: E-002149/2018

Il-Kummissjoni taf dwar l-inizjattivi f’Malta biex tkun introdotta leġiżlazzjoni kontra kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (strategic lawsuits against public participation, SLAPPs). Fin-nuqqas ta’ kompetenza tal-Unjoni biex jiġu armonizzati l-liġijiet dwar il-malafama u biex tindirizza kawżi SLAPP, l-Istati Membri huma ħielsa li jintroduċu tali leġiżlazzjoni f’livell nazzjonali.

Sakemm dawn l-inizjattivi jirregolaw il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali transfruntiera (inklużi każijiet ta’ malafama), kif ukoll ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi minn Stati Membri oħra, huma jridu jkunu konformi mal-liġi tal-UE relevanti, jiġifieri ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012(1) u r-Regolament (KE) No 805/2004(2). Ir-Regolament 1215/2012 jipprovdi għal diversi ta’ raġunijiet ġuriżdizzjonali f’każijiet ta’ malafama, bl-għażla tal-attur (id-domiċilju tal-konvenut, bħala bażi ta’ ġurisdizzjoni prinċipali, u, alternattivament, f’każijiet ta’ danni, il-post fejn ikun seħħ il-fatt dannuż). Sentenzi mogħtija minn qrati oħra ta’ Stat Membru tal-UE fuq il-bażi ta’ raġunijiet ġuriżdizzjonali skont ir-Regolament 1215/2012 iridu jiġu rikonoxxuti u eżegwibbli fl-Istat Membru rikjest. Ir-Regolament jipprovdi għal possibbiltà li jkun rifjutat ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenza fuq il-bażi tal-fatt li din tkun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku. Madankollu, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku hija interpretata b’mod restrittiv. Ir-Regolament 805/2004 japplika biss għal talbiet mhux kontestati, jiġifieri dawk li, wara notifika xierqa ma kenux opponuti mill-konvenut.

Dawn ir-Regolamenti ma joħolqux obbligi biex ikunu rikonoxxuti u jkunu infurzati sentenzi minn ġurisdizzjonijiet mhux tal-UE. Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi minn Stati tezi jibqgħu rregolati mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri.

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali.
(2)Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Lulju 2018Avviż legali