• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-004643/2018Mistoqsija Parlamentari
E-004643/2018

VP/HR — Il-minoranza Rohingya fil-Myanmar

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-004643-18
lill-Kummissjoni (Viċi President/Rappreżentant Għoli)
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marlene Mizzi (S&D)

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-minoranza Rohingya fil-Myanmar ħżienet drammatikament. Aktar minn 700 000 persuna kellhom jaħarbu u 10 000 oħra nqatlu f'atti li jistgħu jitqiesu bħala massakri tal-massa. Barra minn hekk, il-vjolenza sesswali ntużat bħala arma tal-gwerra u twettqu atti inumani kontra l-popolazzjoni ċivili tal-minoranza Rohingya fl-Istati ta' Rakhine, Kachin u Shan.

Tista' l-VP/HR tispjega x'miżuri qed tieħu l-UE biex tħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar itejjeb is-sitwazzjoni inumana tal-minoranza Rohingya u jressaq lil min wettaq dawn l-atti quddiem il-ġustizzja?

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Settembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza