• EN - English
  • MT - Malti
Mistoqsija Parlamentari - E-005358/2018Mistoqsija Parlamentari
E-005358/2018

Tkabbir

Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-005358-18
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Marlene Mizzi (S&D)

Il-Kummissjoni qed twitti t-triq għal kollaborazzjoni mal-Balkani tal-Punent permezz ta' strateġiji u negozjati multipli li ġew imnedija. It-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) temm il-mandat tiegħu, iżda dan ma jfissirx li kollox miexi sew fil-Balkani. Filwaqt li l-Istati kollha inklużi fl-istrateġija (minbarra l-Kosovo) irratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, dan ma jfissirx li d-drittijiet tal-bniedem qed jilħqu l-istandard rikjest mill-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tista' tispjega kif l-UE se tipprevjeni lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi kandidati potenzjali milli jinjoraw l-acquis communautaire u l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem ladarba dawn isiru Stati Membri tal-Unjoni?

Dan it-tħassib jikkonċerna għadd ta’ drittijiet, iżda partikolarment id-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità. Għad hemm it-tensjonijiet bejn in-nies ta' dik li kienet il-Jugoslavja, u dan jista' jissarraf f'diskriminazzjoni ċara abbażi tan-nazzjonalità, li hija kkundannata b'mod qawwi fl-UE. X'se tkun l-istrateġija speċifika fir-rigward ta' din il-kwistjoni?

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Diċembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza