Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 111kWORD 22k
11 ta' Jannar 2019
E-005364/2018(ASW)
Tweġiba mogħtija mis-Sur Mimica f'isem il-Kummissjoni Ewropea
Referenza tal-mistoqsija: E-005364/2018

Il-Kummissjoni taqsam it-tħassib tal-Onorevoli Membru dwar is-sitwazzjoni tat-tfal li jgħixu f’istituzzjonijiet fl-Istati Membri u barra mill-UE.

Il-Forum Ewropew tal-2017 dwar id-Drittijiet tat-Tfal kien iddedikat, fost oħrajn, lil tfal li jgħixu f’istituzzjonijiet. L-eżitu tal-Forum ssuġġerixxiet li, għalkemm f’xi Stati Membri sar progress, f’oħrajn jibqgħu sfidi konsiderevoli. Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju għat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità u bbażata fil-familja permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u tal-programmi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Lil hinn mill-programmi, il-Kummissjoni tassisti lill-Istati Membri billi tipprovdi gwida, torganizzaw seminars u konferenzi anki fl-Istati Membri(1), u hija tappoġġa l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u proġetti għall-promozzjoni tad-deistituzzjonalizzazzjoni.

Permezz tal-azzjoni esterna tagħha, l-UE tagħti prijorità wkoll lit-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għat-tfal għall-kura bbażata fil-komunità għat-tfal. L-UE nediet sejħa għal proposti fi 2018 (b’baġit ta’ EUR 13-il miljun) dwar “Kura alternattiva ta’ kwalità għat-tfal u d-deistituzzjonalizzazzjoni”. Hija mmirat biex tippermetti lill-gvernijiet jieħdu kontroll tal-provvista ta’ kura alternattiva ta’ kwalità fit-territorju tagħhom, billi jinvolvu ruħhom għal regolamentazzjoni xierqa, spezzjonijiet u sorveljanza tal-provvista ta’ kura alternattiva, b’mod partikolari ta’ sistemi ta’ kura informali u mhux irreġistrati. Hija kellha l-għan li toħloq sensibilizzazzjoni f’diversi livelli (ċittadini, awtoritajiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet ibbażati fuq it-twemmin, dawk li jiġbru l-fondi) dwar forom ta’ ħsara u mhux adattati ta’ kura alternattiva għat-tfal u prattiċi assoċjati.

Il-Linji Gwida tal-UE tal-2017 għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal(2) jenfasizzaw l-importanza tal-iżvilupp tal-kura alternattiva għat-tfal u jipprovdu appoġġ xieraq biex jipparteċipaw fil-ħajja tal-komunità u jkollhom aċċess għal servizzi integrati. Fil-proposta tagħha għal regolament li jistabbilixxi l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali(3), il-Kummissjoni enfasizzat bħala prijorità l-promozzjoni ta’ inizjattivi biex jinbnew sistemi iktar b’saħħithom ta’ protezzjoni tat-tfal f’pajjiżi terzi, inkluż bil-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali tat-tfal għal kura bbażata fil-komunità għat-tfal.

(1)https://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/themes/social-inclusion/desinstit/
(2)https://eeas.europa.eu/sites/eeas/files/eu_guidelines_rights_of_child_0.pdf
(3)https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1540392552799&uri=CELEX%3A52018PC0460

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Jannar 2019Avviż legali