Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 194kWORD 18k
29 ta' Ottubru 2018
E-005505-18
Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub E-005505-18
lill-Kummissjoni
Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura
Julie Ward (S&D) , Tanja Fajon (S&D) , Deirdre Clune (PPE) , Biljana Borzan (S&D) , Pascal Durand (Verts/ALE) , Jana Žitňanská (ECR) , Miriam Dalli (S&D)

 Suġġett:  Il-finanzjament tan-Netwerk Ewropew dwar l-Għajxien Indipendenti (ENIL)
 Tweġiba bil-miktub 

L-ENIL huwa l-uniku netwerk għad-diżabilità trasversali mmexxi mill-utenti, li jippromwovi l-aċċess tal-persuni b'diżabilità għal għajxien indipendenti u li dawn jiġu inklużi fil-komunità — wieħed mill-aktar drittijiet trasversali fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCRPD).

Għal 10 snin, l-ENIL ibbenefika minn appoġġ mill-Kummissjoni fil-forma ta' ftehimiet qafas pluriennali. Din l-għotja, li tkopri l-ispejjeż operattivi tan-netwerks tad-diżabilità, ippermettiet lill-ENIL jistabbilixxi uffiċċju b'persunal dedikat (inklużi persuni b'diżabilità), jieħu sehem f'bosta proġetti u jkabbar Netwerk taż-Żgħażagħ attiv. Fi tmiem l-2017, il-Kummissjoni temmet dan l-appoġġ, b'ġustifikazzjoni mogħtija fi ftit paragrafi qosra. Qabel dan, l-ENIL qatt ma rċieva rispons negattiv mill-Kummissjoni u l-aktar awditjar reċenti kien ta' suċċess.

X'inhu l-iskop għala l-Kummissjoni waqqfet l-appoġġ tagħha għall-uniku netwerk għad-diżabilità trasversali mmexxi mill‐utenti fil-livell tal-UE, meta l-ENIL hija organizzazzjoni tant rispettata u meta eluf ta' persuni b'diżabilità fl-UE għadhom jgħixu f'istituzzjonijiet residenzjali b'soġġorn fit-tul jew għadhom mingħajr appoġġ adegwat?

X'qiegħda tagħmel il-Kummissjoni biex tkompli l-finanzjament għall-ENIL, sabiex dan ikun jista' jkompli jappoġġja miljuni ta' persuni b'diżabilità fl-Ewropa?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN 
Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Diċembru 2018Avviż legali