Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
PDF 28kWORD 21k
13 ta' Ġunju 2019
E-000222/2019(ASW)
Tweġiba mogħtija mis-Sinjura Ms Jourová f'isem il-Kummissjoni Ewropea
Referenza tal-mistoqsija: E-000222/2019

Il-proċeduri segwiti mill-Kummissjoni u l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) b’rabta ma’ ksur tal-liġi tal-UE mill-awtorità superviżorja Kontra l-Ħasil tal-Flus ta’ Malta fir-rigward ta’ Pilatus Bank u mill-awtoritajiet tad-Danimarka u l-Estonja fir-rigward ta’ Danske Bank huma t-tnejn ibbażati fuq l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar l-ABE. Il-proċeduri bdew fi żminijiet differenti u wasslu għal riżultati differenti. L-ABE fetħet proċedura ta’ ksur tal-liġi tal-Unjoni kontra Malta fit-23 ta’ Mejju 2018 u ħarġet rakkomandazzjoni fil-11 ta’ Lulju 2018, filwaqt li l-proċedura dwar il-ksur tal-liġi tal-Unjoni kontra d-Danimarka u l-Estonja nfetħet fit-18 ta’ Frar 2019.

Biex tittratta r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi, il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) ta' Malta fassal Pjan ta' Azzjoni, li kien valutat pożittivament mill-Kummissjoni u l-ABE bħala mezz biex tkun assigurtata l-effettività tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus.

Fl-aħħar nett, l-ABE għalqet l-investigazzjoni formali tagħha dwar il-possibbiltà ta' każ ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji Estonjana (Finantsinspektsioon) u l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji Daniża (Finanstilsynet) b'rabta mal-attivitajiet ta' ħasil tal-flus marbuta ma' Danske Bank u b'mod partikulari l-fergħa Estonjana tagħha. Waqt it-teħid ta' vot fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' April 2019, il-Bord tas-Superviżuri tal-ABE ma laqax il-proposta għal rakkomandazzjoni dwar każ ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Iżda d-deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri tal-ABE hija bla preġudizzju għall-poteri tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tagħmel iktar investigazzjonijiet dwar il-każ.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ġunju 2019Avviż legali