Interpellanzi
PDF 195kWORD 18k
21 ta' April 2017
G-000005/2017

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000005/2017/rev.1

lill-Kummissjoni

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Beatrix von Storch, Daniela Aiuto, Kristina Winberg, Joëlle Bergeron

f'isem il-Grupp EFDD


  Suġġett:              Iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Familja 2017: il-promozzjoni tar-rwol tal-ġenituri fis-salvagwardja ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba għat-tfal tagħhom

Sa mill-1993, il-Jum Internazzjonali tal-Familja (IDF) ġie ċċelebrat fil-15 ta' Mejju ta' kull sena[1], u dan jirrifletti l-importanza li l-komunità tagħti lill-familja bħala n-nukleu naturali u fundamentali tas-soċjetà kif ukoll lid-dritt tagħha li tkun protetta mis-soċjetà u mill-Istat[2].

Iċ-ċelebrazzjoni ta' dan il-jum fl-2017 tiffoka b'mod partikolari fuq ir-rwol tal-familja fil-promozzjoni tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u tal-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għat-tfal u ż-żgħażagħ, tal-importanza għal dawk kollha li jieħdu ħsieb il-familja (il-missirijiet, l-ommijiet, in-nanniet u l-aħwa) u l-importanza tal-edukazzjoni tal-ġenituri għall-benessri tat-tfal.

Il-ġenituri, u ta' spiss in-nanniet, jiżvolġu rwol vitali fis-salvagwardja ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba, li tibda mill-ewwel stadji tat-tfulija u tkompli matul il-ħajja tat-tfal u tan-nanniet.

1.              Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tiżviluppa miżuri biex tassisti lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-linji gwida tal-IDF għall-2017?

2.              Il-Kummissjoni se tikkoordina l-azzjoni tal-Istati Membri sabiex tirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-membri tal-familja bħala dawk li jieħdu ħsieb persuni oħrajn, minflok biss il-promozzjoni ta' strutturi ta' kura pubblika?

3.              Il-Kummissjoni lesta, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tivvaluta l-possibilità li tiżviluppa miżuri li jenfasizzaw il-valur tal-"ħidma inviżibbli" tal-familja fil-promozzjoni ta' edukazzjoni bikrija tat-tfal (mill-missier u l-omm) u l-kontribut tagħha għall-PDG tal-Istati Membri?

[1]               Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/47/237

[2]               L-Artikolu 16 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali