Interpellanza - G-000008/2017Interpellanza
G-000008/2017

  Abolizzjoni tal-UNRWA

6.7.2017

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000008/2017
lill-Kummissjoni
Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura
Beatrix von Storch, Robert Jarosław Iwaszkiewicz
f'isem il-Grupp EFDD

L-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) hija aġenzija unika tan-NU. Timpjega 30 000 ruħ, li kważi kollha huma nies tal-post, u n-numru ta' impjegati internazzjonali huwa prattikament neliġibbli. Jidher li hemm nuqqas ta' sorveljanza tal-kontabbiltà u l-azzjonijiet tagħha, peress li l-governanza interna tagħha hija differenti ferm minn dik ta' aġenziji oħra tan-NU. Madankollu, l-UE tagħti appoġġ finanzjarju u tipi oħra ta' appoġġ enormi lil din l-aġenzija. Dan huwa preokkupanti, peress li l-UNRWA naqset milli titbiegħed minn ċerti atti ta' terroriżmu. Barra minn hekk, kien hemm rapporti li jallegaw li ċerti impjegati tal-UNRWA, anki dawk li jaħdmu bħala għalliema, kienu involuti b'mod attiv fl-inċitament ta' atti terroristiċi.

1.  L-UE kemm tat fondi lill-UNRWA mill-1998 'il quddiem (jekk jogħġbok elenka skont is-sena)? Peress li saru għadd ta' rapporti li rreferew għal livelli għoljin ta' korruzzjoni u ta' nfiq inġust min-naħa ta' persuni involuti mal-UNRWA, il-Kummissjoni hija daqsxejn preokkupata dwar l-użu xieraq ta' dawn il-fondi?

2.  Il-Kummissjoni konxja li l-bini tal-UNRWA ntuża biex jospita lil terroristi u biex jinħażnu l-armi, bħall-pistoli u r-rockets?

3.  Il-Kummissjoni tappoġġja l-fużjoni tal-UNRWA mal-korp prinċipali tan-NU li jipprovdi għajnuna u assistenza lir-rifuġjati, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), pereżempju, billi tirrifjuta li ġġedded il-mandat tal-UNRWA?