Interpellanzi
PDF 215kWORD 19k
21 ta' Lulju 2017
G-000009/2017

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000009/2017

lill-Kummissjoni

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Nicola Caputo, Fernando Ruas, Ivan Jakovčić, Eric Andrieu, Clara Eugenia Aguilera García, Ana Gomes, Renata Briano, Simona Bonafè, Ricardo Serrão Santos, Gilles Pargneaux, Pina Picierno, Ivica Tolić, Aldo Patriciello, Biljana Borzan, Claudia Țapardel, Dubravka Šuica, Brando Benifei, Doru-Claudian Frunzulică, Alberto Cirio, Liliana Rodrigues, Barbara Spinelli, Andrea Cozzolino, Michela Giuffrida, Tonino Picula, Damiano Zoffoli, Daniele Viotti, Isabella De Monte, Martin Häusling, Monica Macovei, Takis Hadjigeorgiou, Željana Zovko, Merja Kyllönen, Igor Šoltes, Luigi Morgano, Silvia Costa, Elena Gentile, Alessandra Mussolini, Momchil Nekov, Salvatore Domenico Pogliese, Peter Kouroumbashev, Stefano Maullu, Marijana Petir, Franz Obermayr, Tibor Szanyi, Miltiadis Kyrkos, Stelios Kouloglou, Viorica Dăncilă, Eleonora Forenza, Curzio Maltese, Piernicola Pedicini, Manolis Kefalogiannis, Barbara Kappel, Enrique Guerrero Salom


  Suġġett:              Nirien fl-Unjoni Ewropea dan is-sajf

Fil-bidu tas-sajf tal-2017, l-UE ġarrbet għadd kbir ta' nirien devastanti, partikolarment fl-Italja, il-Portugall, il-Kroazja, Franza, Spanja u l-Greċja, li rriżultaw fi mwiet u ħsara materjali fuq skala kbira.

L-Istati Membri, b'mod partikolari l-benefiċjarji tal-Fond ta' Koeżjoni, ta' spiss isibuha diffiċli biex jindirizzaw in-nirien fuq skala bħal din waħedhom, u għalhekk jeħtieġu s-solidarjetà u l-għajnuna tal-Komunità.

Barra minn hekk, kif ġie enfasizzat f'rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-24 ta' Frar 2015[1], il-finanzjament mill-UE għall-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti u r-restawr ta' foresti li saritilhom ħsara minn diżastri naturali u nirien ma huwiex immaniġjat biżżejjed tajjeb.

L-ebda leġiżlazzjoni speċifika Ewropea ma tkopri l-foresti u n-nixfa.

Għalhekk x'biħsiebha tagħmel il-Kummissjoni biex:

              timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) u tapplikah b'mod flessibbli sabiex tindirizza l-ħsara serja kkawżata minn nirien?

              tniedi mekkaniżmi ta' intervent Ewropej billi toħloq l-istrumenti baġitarji u legali xierqa, b'mod partikolari permezz ta' korp Komunitarju favur il-ħarsien tal-foresti?

              tippreżenta proposti konkreti għal direttivi biex tiġġieled in-nirien u n-nixfa fl-UE, bħal għajnuniet agrikoli għall-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' spazji biex iwaqqfu t-tixrid tan-nirien, sabiex tinkiseb koordinazzjoni aħjar tal-politiki tal-Istati Membri dwar il-kwistjoni u biex tagħmel l-aħjar użu mill-istrumenti Komunitarji disponibbli?

[1]               Rapport Speċjali Nru 24/2014 bl-isem "Lappoġġ millUE għallprevenzjoni u rrestawr ta' ħsara lillforesti kkawżata minn nirien u diżastri naturali huwa mmaniġġjat tajjeb?"

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali