Interpellanzi
PDF 198kWORD 17k
6 ta' Frar 2018
G-000001/2018

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000001/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Patrick Le Hyaric, Martina Michels, Paloma López Bermejo, Ángela Vallina, Tania González Peñas, Sofia Sakorafa, Marisa Matias, Josu Juaristi Abaunz, Martina Anderson, Matt Carthy, Lynn Boylan, Liadh Ní Riada, Eleonora Forenza, João Ferreira, João Pimenta Lopes, Miguel Viegas, Younous Omarjee, Xabier Benito Ziluaga, Javier Couso Permuy, Curzio Maltese, Lola Sánchez Caldentey, Luke Ming Flanagan, Barbara Spinelli, Nikolaos Chountis, Takis Hadjigeorgiou, Marina Albiol Guzmán, Marie-Christine Vergiat, Neoklis Sylikiotis, Merja Kyllönen, Kostadinka Kuneva, Maria Lidia Senra Rodríguez, Miguel Urbán Crespo, Helmut Scholz, Marie-Pierre Vieu, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Estefanía Torres Martínez, Sabine Lösing


  Suġġett:              Il-parteċipazzjoni ta' Iżrael fil-proġetti ffinanzjati mill-programm Orizzont 2020

Il-proġett ta' riċerka "Law Train" iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-programm għar-riċerka u l-innovazzjoni Orizzont 2020, u li fih jipparteċipa Iżrael, huwa maħsub biex ikun hemm "armonizzazzjoni u kondiviżjoni tat-tekniki ta' interrogazzjoni bejn il-pajjiżi kkonċernati sabiex jiġu affrontati l-isfidi l-ġodda tal-kriminalità transnazzjonali".

Dan il-proġett għandu baġit ta' EUR 5 095 687,50, li nofsu ser jiġi ttrasferit lill-istituzzjonijiet kkonċernati ta' Iżrael, u huwa kkoordinat, fost oħrajn, mill-Ministeru Iżraeljan għas-Sigurtà (MIS).

1.              Qabel ma aċċettat il-parteċipazzjoni tal-MIS f'dan il-proġett, il-Kummissjoni evalwat il-ksur serju u ripetut tiegħu fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 106), tal-Konvenzjoni Internazzjonali kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (Artikoli 1 u 4), tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (Artikoli 7 u 8), tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 4) u tar-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra (Artikoli 4, 76 u 147)?

2.              Fid-dawl tal-vjolazzjonijiet ripetuti tad-dritt internazzjonali kommessi mill-Gvern Iżraeljan f'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u priġunerija tal-priġunieri Palestinjani, l-okkupazzjoni tat-territorji Palestinjani, il-qerda tal-infrastrutturi umanitarji Palestinjani ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u n-nuqqas ta' osservazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, ma jkunx opportun li jitqies it-twaqqif ta' kwalunkwe parteċipazzjoni tal-entitajiet Iżraeljani fil-proġetti ffinanzjati mill-programm Orizzont 2020?

 

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: FR
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Lulju 2018Avviż legali