Interpellanzi
PDF 190kWORD 16k
28 ta' Frar 2018
G-000002/2018

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000002/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Ivan Jakovčić

f'isem il-Grupp ALDE


  Suġġett:              Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-bini tal-vapuri Ewropea

L-industriji tat-tagħmir marittimu u tal-bini tal-bastimenti ilhom għal għexur ta' snin fost l-aktar industriji importanti u strateġiċi tal-Ewropa, u jimpjegaw madwar 450 000 ruħ fl-Istati Membri tal-UE. Huma importanti kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn dak soċjali, u jipprovdu impjiegi ta' kwalità lill-kumpaniji kbar u lill-SMEs u jikkontribwixxu għall-infrastruttura industrijali reġjonali. Huwa madwar 150 l-għadd ta' tarznari kbar fl-Ewropa, u ħafna minnhom huma attivi fis-suq dinji, b'sehem mis-suq ta' madwar 6% f'termini ta' tunnellaġġ.

In-nazzjonijiet Ewropej attivi fil-bini tal-bastimenti huma dgħajfa wisq biex ilaħħqu mal-pressjoni kompetittiva mill-Asja, b'mod partikolari miċ-Ċina u l-Korea t'Isfel, fejn tali pajjiżi għandhom fis-seħħ strateġiji nazzjonali mmirati għall-bini tal-bastimenti.

Billi tagħti segwitu għall-inizjattiva LeaderSHIP 2020, il-Kummissjoni għandha xi pjan speċifiku għall-ħolqien ta' strateġija industrijali olistika għas-settur marittimu u tal-bini tal-bastimenti Ewropew, bil-għan li tappoġġja l-kompetittività fit-tul, is-sostenibbiltà ekonomika u t-tkabbir ta' dan is-settur importanti?

Il-Kummissjoni qiegħda tieħu miżuri konkreti sabiex tippreserva u tappoġġa l-vantaġġi kompetittivi ta' teknoloġija avvanzata u ta' valur għoli tas-settur tal-bini tal-bastimenti Ewropew?

Il-Kummissjoni għandha politika ċara u miżuri fis-seħħ biex tiffaċċja t-theddid mill-kompetizzjoni internazzjonali inġusta u n-nuqqas ta' regoli kummerċjali globali?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Lulju 2018Avviż legali