Interpellanzi
PDF 198kWORD 17k
21 ta' Marzu 2018
G-000003/2018

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000003/2018

lill-Kummissjoni (Viċi President / Rappreżentant Għoli)

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Marietje Schaake, Eva Kaili, Hilde Vautmans, Rory Palmer, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Igor Šoltes, Izaskun Bilbao Barandica, Liliana Rodrigues, Monika Beňová, Dominique Martin, Jordi Solé, Merja Kyllönen, Michaela Šojdrová, Anneli Jäätteenmäki, Patricia Lalonde, Marian Harkin, Maria Gabriela Zoană, António Marinho e Pinto, Catherine Bearder, Fredrick Federley, Renate Weber, Nathalie Griesbeck, Nadja Hirsch, John Howarth, Luke Ming Flanagan, Brando Benifei, Frédérique Ries, Takis Hadjigeorgiou, Wajid Khan, Morten Helveg Petersen, Liisa Jaakonsaari, Tanja Fajon, Ana Gomes, Soraya Post, Jan Zahradil, Svetoslav Hristov Malinov, José Inácio Faria, Monica Macovei


  Suġġett:              VP/HR - Ir-reazzjoni tal-UE għall-imġiba ħażina sesswali fl-organizzazzjonijiet umanitarji

Dan l-aħħar tfaċċaw diversi każijiet ta' abbuż u imġiba ħażina sesswali fl-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali. Dawn jinkludu l-isfruttament sesswali tar-rifuġjati Sirjani minn dawk li kienu qed jagħtu l-għajnuna f'isem in-NU u f'isem organizzazzjonijiet internazzjonali magħrufa sew.

Bosta pajjiżi, inklużi n-Netherlands u r-Renju Unit, ħabbru li bdew investigazzjonijiet dwar il-finanzjament li jipprovdu lil dawn l-organizzazzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, u li biħsiebhom jieħdu miżuri biex jevitaw sitwazzjonijiet simili fil-futur. Permezz tal-istrumenti finanzjarji esterni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, l-UE tipprovdi biljuni ta' euro f'għajnuna lill-pajjiżi terzi, permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fost mezzi oħra.

1.              Il-VP/RGħ biħsiebha tordna investigazzjoni bir-reqqa biex jiġi determinat jekk il-fondi tal-UE ffinanzjawx, direttament jew indirettament, l-organizzazzjonijiet fejn ġie kkonstatat abbuż sesswali?

2.              X'inhi r-reazzjoni tal-VP/RGħ għall-każijiet ta' abbuż li tfaċċaw dan l-aħħar? Sabiex tiġi miġġielda u evitata l-imġiba ħażina sesswali fi ħdan l-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali, hemm lok għal linji gwida fil-qafas tal-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE li jistgħu jassuġġettaw strettament il-finanzjament għar-rispett tal-prinċipji, tas-sorveljanza, tal-linji gwida, tal-obbligu ta' rendikont u tar-rappurtar regolari mill-benefiċjarji dwar din il-kwistjoni?

3.              Il-VP/RGħ se tikkunsidra taħdem mal-Istati Membri, bħan-Netherlands, biex jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt f'pajjiżi terzi, fosthom f'żoni ta' kriżi, għall-vittmi ta' abbuż?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Lulju 2018Avviż legali