Interpellanzi
PDF 191kWORD 16k
8 ta' Ġunju 2018
G-000006/2018

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000006/2018

lill-Kummissjoni

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Ivan Jakovčić

f'isem il-Grupp ALDE


  Suġġett:              Ir-rikonoxximent ta' Jum l-Ewropa bħala festa pubblika bil-għan tal-promozzjoni tal-valuri tal-UE

Id-9 ta' Mejju huwa Jum l-Ewropa, b'tifkira tad-dikjarazzjoni li għamel Robert Schuman fid-9 ta' Mejju 1950, tradizzjonalment magħrufa bħala d-data li fiha bdiet tiżviluppa l-Unjoni Ewropea kif nafuha llum. Minn naħa waħda, din il-ġurnata sservi biex jiġi enfasizzat li l-UE hija msejsa fuq il-prinċipji tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija, u tfakkar kif tbiddel il-ħajja tan-nies għall-aħjar. Min-naħa l-oħra, Jum l-Ewropa huwa opportunità biex jissawru rabtiet aktar mill-qrib bejn iċ-ċittadini, biex jingħeleb is-sens ta' distakk akbar bejn in-nies u l-istituzzjonijiet Ewropej, u biex jiġu miġġielda s-sentimenti anti-UE li jeżistu f'xi partijiet tal-Unjoni. F'dan ir-rigward:

1.              Il-Kummissjoni biħsiebha tħeġġeġ lill-Istati Membri jirrikonoxxu Jum l-Ewropa bħala festa pubblika, u jekk iva, kif?

2.              Il-Kummissjoni tista' tiddikjara liema miżuri diġà ġew adottati sabiex il-valuri komuni tal-UE jiġu kondiviżi bejn in-nies u l-istituzzjonijiet tal-UE, bil-għan li jkun żgurat li d-9 ta' Mejju ma tkunx biss ċelebrazzjoni tad-dikjarazzjoni fundatriċi tal-integrazzjoni Ewropea, iżda tipprovdi wkoll opportunità ta' riflessjoni dwar l-isfidi ewlenin, pereżempju l-migrazzjoni, is-sigurtà u l-ekonomija?

3.              Fil-preżent, jeżistu xi miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex tippromwovi Jum l-Ewropa bħala ġurnata ta' rikonoxximent tal-valuri taċ-ċittadini tal-UE?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2018Avviż legali