Interpellanzi
PDF 57kWORD 18k
6 ta' Diċembru 2018
G-000008/2018

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000008/2018

lill-Kummissjoni (Viċi President / Rappreżentant Għoli)

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Anders Primdahl Vistisen, Pavel Telička, Péter Niedermüller, Heinz K. Becker, Frédérique Ries, Jozo Radoš, Nadja Hirsch, Wolf Klinz, Gérard Deprez, Robert Rochefort, Renate Weber, Marietje Schaake, Igor Gräzin, Norica Nicolai, Ilhan Kyuchyuk, Dominique Riquet, Jean Arthuis, Bernd Kölmel, Joachim Starbatty, Kristina Winberg, Peter Lundgren, Jan Zahradil, Ruža Tomašić, Bas Belder, Richard Sulík, Raffaele Fitto, Kosma Złotowski, Laurenţiu Rebega, Karol Karski, Anna Elżbieta Fotyga, Hans-Olaf Henkel, Ryszard Antoni Legutko, Lorenzo Cesa, Anders Sellström, Željana Zovko, Patricija Šulin, Tomáš Zdechovský, Marijana Petir, José Inácio Faria, Antonio López-Istúriz White, Fulvio Martusciello, Esteban González Pons, Milan Zver, Monika Hohlmeier, Cristian Dan Preda, Stefan Gehrold, Traian Ungureanu, Tunne Kelam, Ramona Nicole Mănescu, Anna Záborská, Elisabetta Gardini, Lukas Mandl, James Carver, Monika Beňová, Andi Cristea, Theresa Griffin, Pina Picierno, Boris Zala, Doru-Claudian Frunzulică, Dan Nica


  Suġġett: VP/HR - Attivitajiet reċenti ta' terroriżmu statali mill-Iran fl-UE

Fit-30 ta' Ottubru 2018, Copenhagen akkużat li s-servizzi tal-intelligence Iranjani kienu qegħdin jippjanaw assassinju fuq art Daniża. Il-Prim Ministru Lars Løkke Rasmussen iddikjara li tali atti huma "assolutament inaċċettabbli" u li "azzjonijiet ulterjuri kontra l-Iran se jiġu diskussi fl-UE".

L-attakk li ġie sfrattat fid-Danimarka huwa biss l-aħħar wieħed minn sensiela ta' pjanijiet ta' attakki terroristiċi fl-Ewropa din is-sena. F'Jannar, il-pulizija Ġermaniża pperkwiżizzjonat 10 aġenti Iranjani suspettati li kienu qegħdin jispjunaw fuq miri terroristiċi potenzjali Iżraeljani u Lhud, fosthom kindergartens tal-Lhud. Fl-istess xahar, il-Ġermanja kkonvokat l-ambaxxatur tal-Iran f'Berlin wara li raġel Pakistani instab ħati li kien qiegħed jispjuna għall-Iran fuq politiku Ġermaniż bħala mira possibbli ta' assassinju. Fl-10 ta' Ottubru, il-Belġju akkuża diplomatiku Iranjan akkreditat fl-Awstrija li kien qiegħed jippjana attakk bil-bombi fi Franza. Ġurnata qabel biss, ir-Repubblika Ċeka skopriet attakk ta' spjunaġġ ċibernetiku mill-Hezbollah, alleat tal-Iran. Barra minn hekk, skont rapporti pubbliċi tas-servizzi tal-intelligence Ġermaniżi, Tehran juża l-moskej bħala "strument tal-istat Iranjan", biex jippromwovi l-"esportazzjoni tar-rivoluzzjoni Iranjana".

1. L-UE tirrikonoxxi li t-terroriżmu statali tal-Iran u minn gruppi Xiiti li joperaw fuq talba tal-Iran – bħall-Hezbollah – huwa ta' theddida għas-sigurtà Ewropea?

2. Għaliex is-SEAE ma kkundannax pubblikament l-attentati terroristi reċenti jew tal-inqas ma esprimiex is-solidarjetà tiegħu mal-Istati Membri fil-mira? Għaliex l-ambaxxatur Iranjan għall-UE ma ġiex ikkonvokat? X'qiegħda tagħmel l-UE, jekk xejn, sabiex trażżan l-attivitajiet kriminali u terroristiċi tal-Iran fl-Ewropa?

3. L-UE qiegħda tikkunsidra li tipprojbixxi kompletament lill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u lil Hezbollah bl-għan li tiskoraġġixxi lill-Iran milli jwettaq attakki ulterjuri fl-Ewropa?

 

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Frar 2019Avviż legali