Interpellanzi
PDF 52kWORD 18k
31 ta' Jannar 2019
G-000001/2019

Interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu G-000001/2019

lill-Kummissjoni

Artikolu 130b tar-Regoli ta’ Proċedura

Daniel Buda, Theodor Dumitru Stolojan, Marian-Jean Marinescu, Adina-Ioana Vălean, Cristian-Silviu Buşoi, Mihai Ţurcanu, Csaba Sógor, Siegfried Mureşan, Emil Radev, Milan Zver, Romana Tomc, Ivana Maletić, Michaela Šojdrová, Marijana Petir, Dubravka Šuica, Danuta Jazłowiecka, Krzysztof Hetman, Franc Bogovič, Anna Záborská, Željana Zovko, Marek Plura, Dariusz Rosati, Tamás Deutsch, Kinga Gál, Norbert Erdős, László Tőkés, Andrea Bocskor, András Gyürk, György Schöpflin, Andor Deli, Pál Csáky, Vladimir Urutchev, Michał Boni, Lívia Járóka, Andrey Kovatchev, Asim Ademov, Stanislav Polčák, Eva Maydell, Ivica Tolić, Alojz Peterle


  Suġġett: Ksur tad-drittijiet tat-tfal li l-ġenituri tagħhom jaħdmu fl-Awstrija

Is-sena l-oħra l-Parlament Awstrijak adotta att normattiv li permezz tiegħu l-benefiċċji għall-kura tat-tfal għall-ħaddiema barranin li t-tfal tagħhom ma joqogħdux flimkien magħhom fl-Awstrija jridu jiġu aġġustati skont id-dispożizzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom. Din il-miżura twassal biex mill-1 ta' Jannar 2019 isir tnaqqis sostanzjali fil-benefiċċji mħallsa għat-tfal li jgħixu fil-Lvant tal-Ewropa. Il-ħaddiema Ewropej jeħtieġ ikollhom drittijiet ugwali; il-Kummissjoni m'għandhiex tittollera aktar azzjonijiet diskriminatorji li jaffettwaw l-idea ta' unità u solidarjetà fil-livell Ewropew u li jistgħu jsaħħu t-twemmin fi ħdan l-Unjoni dwar l-eżistenza ta' ċittadini tal-ewwel u tat-tieni klassi.

X'inhi l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Awstrijaka l-ġdida fir-rigward tal-indiċjar tal-benefiċċji tat-tfal mad-dritt tal-UE?

X'miżuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni b'reazzjoni għall-ksur tad-drittijiet tal-UE għal dawn il-ħaddiema u t-tfal tagħhom?

Jekk il-Kummissjoni tippjana li tieħu passi, kif se tipproċedi fil-ħin, filwaqt li tqis il-fatt li ħafna familji attwalment qed jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji bħala riżultat tal-miżuri Awstrijaċi?

 

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Frar 2019Avviż legali