Mistoqsijiet parlamentari
PDFWORD
16 ta' Ottubru 2014
O-000073/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000073/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Anna Maria Corazza Bildt, Roberta Metsola, Monika Hohlmeier, Elissavet Vozemberg, Carlos Coelho, Mariya Gabriel, Jeroen Lenaers, Emil Radev, Monica Luisa Macovei, Kinga Gál, Therese Comodini Cachia, Alessandra Mussolini, Traian Ungureanu, Tadeusz Zwiefka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, József Nagy, Pál Csáky, Axel Voss, Barbara Matera, Dubravka Šuica, Michał Boni, Frank Engel, Constance Le Grip, György Schöpflin, Rosa Estaràs Ferragut, Tomáš Zdechovský, Michaela Šojdrová, f'isem il-Grupp PPE

 Suġġett: Il-25 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal

Din is-sena nfakkru l-25 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li ġiet ratifikata minn 194 pajjiż, inkluż mill-Istati Membri kollha tal-UE. Il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal huma objettivi speċifiċi tal-UE (Artikolu 3(3) TUE). Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 24) jirrikonoxxi d-dritt tat-tfal għall-protezzjoni u l-kura u d-dritt li jinstemgħu u li jittieħdu bis-serjetà, u tirrikjedi li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu l-ewwel kunsiderazzjoni f'kull azzjoni tal-UE.

– B'segwitu għall-adozzjoni tal-komunikazzjonijiet "Lejn Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal", "Aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal", "Post Speċjali għat-Tfal fl-Azzjoni Esterna tal-UE"; il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-"Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-tfal fl-Azzjoni Esterna tal-Unjoni Ewropea"; u l-adozzjoni tal-linji gwida tal-UE iffokati fuq it-tfal, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, kif beħsiebhom jiżguraw li l-impenji mwettqa rigward id-drittijiet tat-tfal jiġu implimentati madwar l-azzjoni interna u esterna tal-UE?

– Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, kif beħsiebhom jiżguraw li l-aħjar interessi tat-tfal jingħataw kunsiderazzjoni fi kwalunkwe proposta ta' leġiżlazzjoni tal-UE?

– B'kunsiderazzjoni tal-effett tas-sitwazzjoni umanitarja u ekonomika attwali dwar it-tfal, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli x'inizjattivi beħsiebhom jieħdu biex jiżviluppaw qafar ta' drittijiet tat-tfal aktar komprensiv, b'segwitu għall-Aġenda tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal li ġiet adottata fl-2011?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali