Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000079/2014

Testi mressqa :

O-000079/2014 (B8-0038/2014)

Dibattiti :

PV 25/11/2014 - 15
CRE 25/11/2014 - 15

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 193kWORD 29k
5 ta' Novembru 2014
O-000079/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000079/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Claude Moraes, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

 Suġġett: Is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni
 Tweġiba fil-plenarja 

F'Ottubru 2013, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran. Ftit wara dan, il-Kunsill waqqaf it-"Task Force tal-Mediterran", u dan kien segwit minn bosta komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni. F'Ottubru 2014, il- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni adotta konklużjonijiet dwar li "tittieħed azzjoni biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji". Il-Kummissjoni tista':

1. Tispjega kif, minn naħa waħda, tista' tiġi stabbilita s-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà (b'konformità mal-Artikolu 80 tat)TFUE) fir-rigward tal-Istati Membri tal-Mediterran – id-destinazzjoni inizjali tar-rifuġjati u l-migranti – imma anke, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Istati Membri ta' destinazzjoni aħħarija li jirċievu l-ogħla għadd ta' rifuġjati u persuni li jfittxu l-asil;

2. Tispjega kif jista' jiġi żgurat li l-obbligi ta' tfittxija u salvataġġ jiġu ssodisfati b'mod effikaċi, filwaqt li tiġi indirizzata l-imġiba kriminali tal-kuntrabandisti u tat-traffikanti, tipprovdi informazzjoni dwar il-prattiki mill-kuntrabandisti u t-traffikanti b'mod partikolari fir-rigward tal-kawżi ta' mwiet tal-migranti;

3. Jindika jekk tqisx li huwa neċessarju li jitwessgħu l-attivitajiet tal-Frontex u tikkonferma kemm Triton huwa mistenni jdum u kif se jiġi ffinanzjat f'terminu medju u twil;

4. Tispjega kif biħsiebha tiżviluppa rotot sikuri u legali lejn l-UE għall-persuni li jfittxu l-asil u r-rifuġjati;

5. Tispjega kif tagħmel biex issaħħaħ il-politika tar-risistemazzjoni komuni u kif tinkoraġġixxi parteċipazzjoni ogħla u aktar ġusta mill-Istati Membri;

6. Tispjega kif se ttejjeb l-istrateġija ġenerali dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni reġjonali, ir-risistemazzjoni, ir-ritorn u sabiex tiġi indirizzata l-kawża prinċipali tal-migrazzjoni, kif ukoll tindika x'forma se tieħu dik l-istrateġija f'żoni ta' kunflitt, bħal-Libja u s-Sirja;

7. Tispjega kif biħsiebha tiżviluppa approċċ komprensiv għall-migrazzjoni, inklużi kanali ta' migrazzjoni legali adegwati, kif imħabbar mill-President Juncker fid-dikjarazzjoni tal-ftuħ tiegħu fil-Parlament;

8. Tipprovdi analiżi dettaljata dwar kif il-fondi tal-Affarijiet Interni, inklużi l-fondi ta' emerġenza, qed jintefqu f'dan il-kuntest, b'mod partikolari għall-azzjonijiet fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil, il-kontroll tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni klandestina u t-traffikar, u r-ritorn, kif ukoll il-fondi relatati mal-politika barranija u ta' żvilupp tal-UE;

9. Tispjega kif se tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u tiggarantixxi standards komuni effikaċi għall-akkoljenza, il-proċeduri u l-kwalifika madwar l-UE, tipproteġi lil dawk l-aktar vulnerabbli u tinkoraġġixxi l-inklużjoni soċjali tar-rifuġjati, u tispjega jekk hijiex lesta tagħti bidu għal proċeduri ta' ksur jekk ikunu meħtieġa u jekk hijiex lesta tirrevedi l-leġiżlazzjoni jekk il-monitoraġġ juri li dan huwa meħtieġ?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali