Mistoqsija Parlamentari - O-000081/2014Mistoqsija Parlamentari
O-000081/2014

Kontrolli tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000081/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bernd Lange, f'isem il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Proċedura : 2014/2869(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
O-000081/2014
Testi mressqa :
O-000081/2014 (B8-0040/2014)
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

L-użu ħażin ta' oġġetti ta' użu doppju li jiġu nnegozjati fil-livell internazzjonali jista' jikkontribwixxi għal abbużi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa fl-interess tal-UE stess li tiżgura li s-softwer u t-teknoloġiji magħmula fl-UE ma jiġux żvijati mill-użu leġittimu tagħhom u li l-infrastruttura diġitali u l-interessi strateġiċi tal-UE jiġu ssalvagwardati debitament.

Każijiet irrappurtati ta' repressjoni mwettqa minn gvernijiet awtoritarji li jużaw għodod ta' sorveljanza magħmulin fl-UE wasslu għall-aġġornamenti reċenti tal-listi ta' kontroll tal-Ftehim ta' Wassenaar, u dan witta t-triq sabiex ikunu jistgħu jingħalqu l-lakuni possibbli fir-regoli li jirregolaw il-kummerċ f'dawn it-teknoloġiji.

F'konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tripartitika, att delegat li jirrifletti d-deċiżjonijiet meħuda fir-reġimi internazzjonali għall-kontroll tal-esportazzjoni se jkun segwit minn proposta leġiżlattiva biex jiġi aġġornat ir-Regolament dwar l-Użu Doppju, abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-24 ta' April 2014. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni bir-reqqa, tista' l-Kummissjoni tiċċara dan li ġej:

1. Kif qiegħda tippjana li tindirizza l-problema speċifika tal-esportazzjoni ta' teknoloġiji ta' sorveljanza mill-UE? B'liema miżuri konkreti beħsiebha tkompli tindirizza l-implikazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem deskritti fil-komunikazzjoni msemmija hawn fuq? Kif tħares lejn proposti biex tiġi ristretta l-esportazzjoni ta' teknoloġiji ta' sorveljanza lejn lista predefinita ta' pajjiżi?

2. X'inhuma l-parametri u l-miżuri li ntgħażlu biex jiżguraw politika komprensiva dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-infurzar verament effikaċi tagħha kif ukoll ambjent ġust u kompetittiv għall-esportaturi tal-UE? X'inhi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' kontroll ex post u dwar l-introduzzjoni diskussa ta' kontrolli ex ante addizzjonali għall-aktar teknoloġiji b'użu doppju sensittivi?

3. Minħabba li dawn il-prodotti huma ta' natura teknika speċifika ħafna, il-Kummissjoni kif beħsiebha tiżgura li l-esperti u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jikkontribwixxu sabiex il-prodotti t-tajbin ikunu fil-mira, filwaqt li teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara ma jkunux soġġetti għal kontrolli stretti żżejjed jew għal piż burokratiku eċċessiv? Kif beħsiebha tagħżel bejn teknoloġiji ta' ħsara u teknoloġiji li huma kapaċi jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll għodod għall-ittestjar fil-qasam tas-sigurtà li m'għandhomx intenzjoni kriminali?