Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : O-000082/2014

Testi mressqa :

O-000082/2014 (B8-0042/2014)

Dibattiti :

PV 24/11/2014 - 17
CRE 24/11/2014 - 17

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Mistoqsijiet parlamentari
PDF 192kWORD 28k
12 ta' Novembru 2014
O-000082/2014
Mistoqsija għal tweġiba orali O-000082/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 128 tar-Regoli ta’ Proċedura
Iskra Mihaylova, f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

 Suġġett: Dewmien fit-tnedija tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020
 Tweġiba fil-plenarja 

L-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni kellha tibda fl-2014, iżda l-istadju ta' programmazzjoni għad baqagħlu biex ikun finalizzat: ftit biss mill-Programmi Operazzjonali ġew adottati, u skont l-aħħar informazzjoni disponibbli, mija biss se jkunu ġew adottati sa tmiem din is-sena. Barra minn hekk, għal programmi li ma jkunux lesti għall-adozzjoni sal-31 ta' Diċembru 2014, l-impenji tal-2014 jistgħu jiġu preżervati biss permezz tal-ibbaġitjar mill-ġdid tal-ammonti mhux impenjati mill-2014, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament QFP. Madankollu, dan jimplika reviżjoni tal-QFP abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni, qbil min-naħa tal-Kunsill u approvazzjoni min-naħa tal-PE. B'konsegwenza diretta ta' dan se jkun hemm dewmien sinifikanti fit-tnedija konkreta tal-implimentazzjoni tal-proġetti. Madankollu, l-2014 m'għandhiex tkun sena mitlufa fir-rigward tal-investimenti mill-ħames Fondi tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESI).

1. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tista' tipprovdi stampa tal-qagħda attwali tal-adozzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija u l-Programmi Operazzjonali u l-kalendarju għall-bidu tal-implimentazzjoni?

2. X'kienu l-problemi ewlenin li nqalgħu, u liema huma l-Istati Membri konċernati?

3. X'inhi l-pożizzjoni attwali tal-Kummissjoni rigward it-trattament ta' impenji għal Programmi Operazzjonali kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u l-Fond ta' Koeżjoni li ma jkunux ġew adottati sa tmiem l-2014? Il-PE għalfejn ma ġiex infurmat qabel dwar il-kwistjoni tal-ibbaġitjar mill-ġdid tal-ammonti mhux impenjati mill-2014 fl-2015 permezz ta' reviżjoni tal-QFP? X'jista' jsir biex ikun żgurat li l-proċess ta' reviżjoni jitwettaq mingħajr intoppi u jkun finalizzat qabel l-1 ta' Mejju 2015, kif speċifikat fl-Artikolu 19 tar-Regolament QFP, biex ma jintilfux l-ammonti mhux impenjati tal-2014? F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni biħsiebha tieħu miżuri biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Programmi Operazzjonali?

4. X'miżuri biħsiebha tieħu l-Kummissjoni l-ġdida biex tħaffef ir-ritmu tal-programmazzjoni biex tiżgura li l-programmi adottati jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, mingħajr preġudizzju għall-kwalità tagħhom?

5. Tista' l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif is-sitwazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa mill-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 tolqot l-adozzjoni tal-Programmi Operazzjonali u l-bidu tal-perjodu ta' implimentazzjoni l-ġdid?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: EN
Avviż legali